Il-Konkordat

KONK
Paperback

In stock

Description

Il-Konkordat huwa forma ta’ ftehim li fil-bidu tas-seklu 20 kien isir bejn il-Vatikan u l-gvern ta’ pajjiżi Kattoliċi, l-aktar fl-Ewropa u fl-Amerika Latina.

IL-KONKORDAT, il-ktieb mis-SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI, jitkellem dwar it-tifsira tal-Konkordat li xtaq jilħaq Lord Strickland mal-Vatikan wara li kien għamel żmien qrib ħafna tal-Vatikan u mbagħad sab ruħu magħdud mill-għedewwa tiegħu minħabba t-tbgħabis tal-Faxxisti Taljani u n-Nazzjonalisti Maltin. Din l-alleanza tal-Lemin ħabirket biex tfarrak l-għaqda li Strickland kien wasal għaliha mal-Partit Laburista bil-ftehim magħruf bħala l-‘Compact’.

Fit-tentattiv biex jilħaq ftehim aħjar mal-Vatikan, Strickland kien diġa beda jħejji l-klawżoli tal-patt li kellu jwarrab għal kollox kull ħjiel ta’ ġlied bejn ix-Xellug u l-Knisja f’Malta. Bih kien qed jieħu ħsieb fuq kollox li jtemm l-indħil tal-qassisin fil-politika. Imma l-Knisja Maltija għamlet ħilitha biex tkisser lil Strickland u l-ġlieda qalila għas-setgħa. Il-persekuzzjoni li ġarrbu l-partitarji ta’ Strickland u l-partitarji Laburisti fis-snin Tletin kellha diwi mill-ġdid fil-moħqrija li batew il-Laburisti mingħand l-Isqof Mikiel Gonzi fis-snin sittin.

Additional information

Weight 350 g
Dimensions 20.7 × 15 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN KONK
Pages 250

Product categories and tags

You may also like…