Description
Il-Kliem bħaċ-ċirasa huwa maħsub għal istudenti fl-ewwel sena ta’ l-iskola sekondarja. Il-ktieb jiġbor fih 24 lezzjoni f’żewġ taqsimiet.
Kull lezzjoni tinkludi silta u mitoqsijiet biex l-istudenti juru x’fehmu minn dak li qraw u kif se jesprimu ruħhom permezz tal-kitba. Barra minn hekk hemm ukoll taħriġ fil-lingwa u fil-grammatika.
It-temi magħżula huma varjati u għandhom jinteressaw lill-istudenti filwaqt li jagħtuhom l-opportunità biex ikabbru t-tagħrif ġenerali tagħhom.
It-taħriġ għandu l-għan li jgħin lill-istudenti fil-bini tas-sentenzi u fit-tkabbir tal-vokabolarju.






