Description
Il-Kappillan u l-M.L.P. ikompli fejn ħalla Il-Parlament tal-Kappillan. Ta’ min jiftakar li l-każin tal-MLP (Malta Liberal Party) kien immexxi mill-President Gustavu Galea, imlaqqam il-Gugù, mgħallem it-Tarzna, fil-waqt li dak tal-PN (Partito Neutrale) kien taħt it-treġija tal-Kavalier Vincenzo Cefai Cefarelli. Gustavu kien ħalla lil martu u poġġa ma’ Marica, tfajla ta’ għoxrin sena. Il-Kavalier, min-naħa tiegħu, kienħarab ma’ mart Gustavu, Assunta.
Issa li l-elezzjoni ntrebħet mill-MLP, il-Kappillan sab ruħu f’konfront qawwi ma’ Gustavu.
Dan il-ktieb hu uniku fis-sens li jista’ jinqara bħala damma ta’ novelli jew bħala rumanz.
Il-karattri huma immaġinarji, l-episodji fittizji, u l-botti huma magħmula b’sens ta’ umoriżmu anka meta fihom doża qawwija ta’ sarkażmu.