Il-Halliel tal-Mejtin u novelli ohra

9789993217428
Paperback

In stock

Description

Hawn, għall-ewwel darba, hawn miġburin in-novelli kollha ta’ Nikol Biancardi (1904-1969), wieħed mill-pijunieri tal-moviment Laburista, ġurnalista mal-gazzetti popolari tal-epoka, kommidjografu u promutur tal-palk bil-vernakular.

Biancardi kkien irsista biex jibda jkun iċċelebrat f’Malta Jum il-Ħaddiem, festa li fil-fatt ingħatat bidu fl-Isla fl-1926.

Nikol Biancardi kien qed jikteb bil-Malti fi żmien meta l-lingwa nattiva kienet meqjusa minn inħawi “edukati” bħala l-lingwa tal-kċina. Imma l-istil u t-teknika tiegħu, kif jidher minn dawn in-novelli, altru li kienu jogħlew ‘il fuq minn dawk il-preġudizzji.

Flimkien ma’ awturi xellugin oħra bħal Ġużè Ellul Mercer, John F. Marks, Ġużè Orlando, Gino Muscat Azzopardi u oħrajn, Biancardi mess temi soċi-realisti, dejjem bi preferenza favur iż-żgħir u l-batut. Ta’ spiss kien juża l-ironija u s-satira bħala arma kontra l-għedewwa tal-klassi sottoproletarja.

Din il-ġabra ta’ stejjer qosra toffri dokument soċjo-politiku importanti fin-nisġa tal-ġrajja mqallba favur l-iżvilupp soċjali u mentali tal-ħaddiema f’pajjiżna.

Additional information

Weight 380.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 256
ISBN 9789993217428
Cover
Year of publication
Note in-novelli miġbura minn Donna-Lynn Calleja
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993217428 Categories: Tags: