Description
Messaġġ anonimu fuq biċċa karta tat-tqartis iwassal lill-pulizija Franċiża biex tiskopri żewġ sinniet ġol-fuklar tal-legatur prim, Frans Steuvels. Is-suprintendent Kap MAIGRET ma jistax jaħdem fuq il-każ bil-metodi tiegħu tas-soltu, minħabba ċirkostanzi li m’għandux kontroll fuqhom aktar. Iżda hu jibqa’ jippersisti xorta waħda sakemm isib irkaptu tat-trufijiet kollha ta’ dan il-misteru.