Description
Ftit qabel tfaċċat it-tieni gwerra dinjija, in-nannu Manuel kien għadda minn avventura stramba flimkien mal-ħabib tiegħu Peter li qatt ma seta’ jinsieha. Ħafna snin wara, in-nannu Manuel iddeċieda li jirrakkonta din l-istorja liż-żewġ neputijiet tiegħu Rebecca u Christian.
X’kien dak id-dawl misterjuż li kienu raw fuq il-gżira? Tgħid il-familja li kien hemm fuq il-gżira kellha x’taqsam mal-għarqa tal-bastiment? U l-għar tal-friefet il-lejl fiex daħal fl-istorja? U fl-aħħar mill-aħħar, kif irnexxilhom joħorġu ħajjin in-nannu Manuel u sieħbu Peter minn dak il-periklu li kienu sabu rwieħhom fih?