Il-Blat Jibki

Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Il-Professur Zoltow daħal sewwa fl-esperimenti tiegħu biex isib tarf il-marda tal-kanser. Għandu sanatorjum f’nofs il-baħħ tal-blat u tas-silġ fejn jistgħu jmorru n-nies biex ifiqu. Imma x’qed jagħmlulhom biex ifiqu? Għala, xħin ifiqu, ma jkunux iridu jerġgħu lura għand nieshom? U dak it-tinwiħ tal-blat x’inhu? U kif inhi li aktar minn tlieta min-nies instabu mejta fil-kesħa tal-blat? X’inhu l-qtar niexef tad-demm fuq il-katavru ta’ Barber, wieħed mill-vittmi? X’inhu l-misterju tal-ħaġar bid-demm ġo fih? Min hu l-qattiel minn fost il-karattri? Il-Professur Zoltow innifsu? In-neputija tiegħu Karla? Il-ġgant Olsen l-Aħmar? Alex Bolantz?

Il-biċċa xogħol jeħodha f’idejh Alan Murphy, li, bis-sengħa u bil-kuraġġ ta’ ditektiv li għandu, fl-aħħar isib tarf tat-taħwida kollha – imma mhux qabel l-aħħar kapitli tar-rumanz.

Bir-rumanz tagħha Il-Blat Jibki! Doris Degiorgio tidħol fil-qasam tal-fantaxjenza. U toħloq is-sitwazzjoni fejn il-qattiel jistqarr fuqu nnifsu: “Is-soltu l-akbar problema… tkun kif iżżomm il-vittma siekta. Iżda jien kont inħalliom iwerżqu kemm iridu!”

Additional information

Weight 230.0000 g
Dimensions 20.5 × 13.0 cm
Publisher
Pages 232
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: BJ Categories: