Description
Kull silta ta’ kompressjoni għandha għan doppju: li tittestja l-intelliġenza tal-istudenti; u li dawn juru fit-tweġibiet tagħhom li jkunu fehmu sewwa l-ħsieb tas-silta mogħtija. Sabiex dan jintlaħaq, is-silta trid iġġiegħel lill-istudenti jifhmu, jiflu l-ħsieb u jikkummentaw billi jwieġbu b’mod konċiz il-mistoqsijiet li jingħatawlhom.
Filwaqt li xi mistoqsijiet ikunu jitolbu tweġiba li tinstab fis-silta nnifisha f’oħrajn wieħed ikun mistenni jwieġeb billi jesprimi l-fehma tiegħu.
