Description
Għeżież ħbieb tiegħi gerriema, intom ġieli qrajtu xi ktieb tiegħi? Jien nikteb stejjer teneri mimlijin mozzarella, ikollhom togħma mill-ifjen, riħa li taqsamlek qalbek aktar mill-ġbejniet t’Għawdex… kif ngħidu, stejjer bil-baffi, kelma ta’ Geronimo Stilton.
HEMM PIRATA FL-INTERNET
F’ġieħ elf mozzarella! Xi ħadd seraqli l-identità tiegħi fuq l-internet u qed jużaha biex jeqridni! Agħar minn hekk, qed nirċievi ħafna oġġetti li nxtraw online bil-karta ta’ kreditu tiegħi, li jien qatt ma xtrajt! Kif jista’ jkun? Għandna bżonn l-għajnuna ta’ espert tal-kompjuter. Dott. Prof. Ing. Bit. X’avventura żul minn hemm!