Description
Stessi, l-ewwel rumanz tal-awtur, imħassar parzjalment minnu stess. Jinkludi 231 poeżija tat-tħassir.
“L-att tat-tħassir … għandu bixra ironika. Jekk mhix ironija allura af hija t-tkomplija ta’ proċess ta’ tiftix bħallikieku Matthew għaraf li mill-ewwel ktieb tiegħu seta’ jieħu iktar, li l-kliem li kiteb l-ewwel darba ma tawhx dak li xtaq. Xtaq aktar.”
– Glen Calleja
“Ħassartek … huwa stessu mtertaq, imneżża’ minn sens ta’ inibizzjoni, sempliċi u konċiż. Ħafna aktar minn Stessi, Ħassartek huwa stessu introspettiv, imnikket, espliċitu speċjalment fl-ispazji vojta li jiċċassaw lura lejk fuq kull paġna.”
– Raphael Vella







