Description
F’Ħal Biżarr, tassew li n-normali jsir stramb u l-istramb isir normali. Mhux għax niesu strambi; minn daqshekk, Dominic u connie Demontesin, Teddy it-Tipsy, Doris id-Dulur, Ġorġ il-Ħafi u sħabhom l-oħra huma nies minn tagħna, mimlijin ‘joie de vivre’ u b’saqajhom mal-art. Iżda meta jiġu biex iħabbtu wiċċhom mad-dinja ta’ barra, jiġri l-mhux-mistenni. Fost l-oħrajn, il-Biżarrin ixellfuha mal-Kurja, inejbu għal xulxin fl-elezzjoni, jiżżegilgu maż-Żumba, jitbellhu bil-fekruna tal-Ġnejna, jistunaw mal-Eurovision, jinvadu ‘l Sqallija u jitqatlu fit-Tazza tad-Dinja …

