Description
Dan il-ktieb jigbor fih erbgha u ghoxrin novella mizghuda b’firxa ta’ karattri ta’ kull xorta u sitwazzjonijiet bi sfond differenti – minn dawk realistici u psikologici sad-dinja fantastika ta’ hrafa ghall-kbar’. Ghalkemm il-kitba zgur ma tibqax lura milli tqalleb u tgharrex fil-hajja tal-karattri, bl-irkejjen xi minn daqqiet mudlama u vjolenti taghhom, l-ghajn tal-kittieb ma twarrab qatt-ghajn li ma tghaddix haqq imma li taccetta jekk mhux ukoll taghder id-dghufija u l-eccentricitajiet li jsawru kull wiehed u kull wahda minna.
Il-qarrej jispicca jintilef f’xenarju wara l-iehor fejn jaqsam mal-karattri s-sitwazzjonijiet drammatici, tragici u xi kultant anke umoristici li jsibu ruhhom fihom, jew minn rajhom jew ort ta’ haddiehor.