Habbejtkom it-Tnejn

99909-0-350-6
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Meta l-familji jfittxu dak li hu l-aktar ta’ fejda għalihom, ma jistax ikun għalhekk, li ma jinħolqux il-kontroversji u l-konfronti fir-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Il-bniedem min-natura tiegħu hu egoist u jqis x’jaqbillu jew jaqbillux. Dan il-kuntrast ta’ kif il-protogonisti – is-sidien, il-politiċi, il-ħaddiema tar-raba’ – jaġixxu u jħarsu lejn il-ħajja, juri ruħu l-ħin kollu tul il-ġrajja. X’ġara sewwa u għaliex it-tensjoni? Seta’ b’rieda tajba u sens komun ħafna mill-inkwiet ġie evitat?

Din hija ġrajja ta’ mħabba. Rosabella, Tamara u Margerita ħolmu b’imħabba rżina li xtaqu u b’hena li ttamaw li jsibu fi żwieġ imlaqqa’. Iżda arralhom għax ma sabux ħlief sfrattu. Kien ħaqqhom aħjar, xortihom m’għenithomx! Jaħtu ċ-ċirkustanzi jew l-irġiel li ltaqgħu magħhom?

Tispikka l-aktar il-ġrajja ta’ Tonio u Rosabella. Mikrum kif kien għat-tfajla sabiħa bħal xandrija mbexxqa li minn tfulitu qiesha tiegħu għax trabbew u kibru flimkien, ma jħalli wisa’ għal ħadd, lanqas għal akbar ħabib intimu li kellu – għad li sew sew hu kien jaħti li ressaqha daqshekk lejh! Mikdud kif ħassu meta ntebaħ bil-ġibda li ż-żgħażagħ kellhom lejn xulxin, ħasad lil kulħadd b’dak li twebbel bih. Wasal biex imur fl-estrem f’imġibtu.

Din hija storja ta’ konfronti, taħbil, atmosferi, inċidenti, avventuri, imħabbiet li jiġu wiċċ imb’wiċċ magħhom il-personaġġi tar-rumanz u li jolqtuhom mill-qrib il- ħin kollu… Kienu l-esiġenzi, il-bluhat taż-żgħożija, il-kumbinazzjonijiet il-ħtija ta’ kull ma ġara?! Kienu x’kienu ċ-ċirkustanzi, tibqa’ ġrajja umana – dramm il-ħajja – li jseħħu ma’ kull jum li jgħaddi.

Additional information

Weight 230.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 168
ISBN 99909-0-350-6
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789990903508 Categories: Tags: