Description
“Il-legat ta’ Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca se jkun il-memorja straordinarja ta’ ragħaj twajjeb. Il-legat tiegħu se jkun il-memorja li għandhom tiegħu ħafna nies li ma ltaqgħux miegħu minn fuq xi tron għoli, imma ħdejn is-sodda tal-mard tagħhom fl-isptarijiet, jew inkella meta kien iżur il-ħabs, il-karità li kien iqassam mingħajr ħafna daqq ta’ trombi, in-nies li kien jilqa’ l-Kurja. Dawn huma memorji li jibqgħu mmarkati fil-qlub ta’ ħafna u ħafna nies.”
Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna


