Description
Għeżież ħbieb tiegħi gerriema, intom ġieli qrajtu xi ktieb tiegħi? Jien nikteb stejjer teneri mimlijin mozzarella, ikollhom togħma mill-ifjen, riħa li taqsamlek qalbek aktar mill-ġbejniet t’Għawdex… kif ngħidu, stejjer bil-baffi, kelma ta’ Geronimo Stilton.
GERONIMO JTELLAQ BLA ĦSIEB
“Kienu jumejn tal-biża’! Mingħajr ma kont naf b’xejn, il-ħbieb tiegħi kitbuni biex nieħu sehem f’tellieqa mill-aktar perikoluża biż-żarbun bir-roti. Kelli ninżel it-telgħa t’Alla w Ommu b’veloċità li ma titwemminx…qed iqumli ġismi xewk xewk!”