Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan

978-99932-7-269-4
Paperback

Description

Min qara l-ewwel erba’ kotba ta’ Kilin (Kappelli u Knejjes Żgħar, Burdati, Burdati 71, u Tlikki Tlikki ma’ Wenzu) jaf x’għandu jistenna minn Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan, sempliċità u sinċerità fid-deskrizzjoni ta’ dehriet, ġrajjiet u sentimenti mnebbħin minn dinja li bil-mod l-awtur raha tgħib minn quddiem għajnejh bħal ħolma. Imma biex għallinqas ta’ dik il-ħolma jibqagħalna t-tifkira, Kilin jirrakkonta b’mod dirett, mill-lenti ta’ tifel, iva, imma bil-ħila ta’ kittieb u raġel matur, dawk l-anneddoti qosra u friski li forsi mhumiex importanti daqs l-elezzjonijiet u l-gwerer, imma li għall-ħlewwa u l-umiltà tal-karattri u l-ambjent li jispirahom, għandhom inisslu fil-qarrej sentimenti ħafna iktar umani mil-konfoffi u l-ġlied u l-intriċċi li naqraw fuqhom fil-gazzetti u li, minn jum għall-ieħor, f’dan is-seklu ta’ progress li qegħdin fih, jidħlu f’darna permezz tar-radju u t-televixin.

Joe Friggieri

Additional information

Weight 140.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 104
ISBN 978-99932-7-269-4
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993272694 Categories: Tags: