Frekwenzi Msikkta

ta' tfulija...Mwarrba. Miċħuda. Mittiefsa

978-99957-38-76-1
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Xi wħud jafu jsibu dawn ir-rakkonti ta’ Grima u Schembri offensivi u indeċenti minħabba d-deskrizzjonijiet ċari (“oxxeni”) u sesswali li fihom. U allura rridu naraw (kull wieħed għal rasu) kif dawn ir-rakkonti jġibu ruħhom fid-diskussjoni ta’ bejn il-letteratura u l-pornografija. Jekk insibu aspetti psikoloġiċi jew soċjali fihom allura jkunu jimmeritaw approvazzjoni estetika.

Il-Professur Charles Briffa

Għall-ewwel kien iweġgħu xi ftit. Imma ftit biss U James kien serraħlu rasu, u hekk kien fil-fatt, li aktar ma jiġi għandu ta’ spiss, inqas iweġġa’ għax jidra, u meta tidra tweġġa’ inqas. Anzi tieħu pjaċir. Tieħu gost.

Minn “Twila u magħrufa” – Tyrone Grima

Tawlet idha lura u niżżlet iż-żipp tal-libsa. Żerżqitha ‘l isfel u nkixfulha spallejha sbieħ kollhom nemex ċari. Imbagħad bra abjad. Tat skoss u l-libsa żelqet ‘l isfel. Inkixef ġisimha mislut jiġbdek. Qalziet ta’ taħt tal-ħajta, abjad ukoll issikkat ma’ bejn saqajha bbuzzat il barra.

Minn “Dell impertinenti ta’ verità mistkerrha” – Justin Schembri

Additional information

Weight 290.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 162
ISBN 978-99957-38-76-1
Cover
Year of publication
Note 18+
Author ,

Product categories and tags

SKU: 9789995738761 Categories: Tags: