Description
Frejp huwa rumanzett indirizzat liż-żgħażagħ li jagħti vuċi lil żewġ tfajliet li ġejjin minn klassijiet soċjali differenti. Aileen li taħdem fil-pastizzerija ta’ missierha u Melissa li qiegħda fl-ewwel sena l-Junior College.
Xi ħadd minnhom jiġi ffrejpjat, xi ħadd minnhom jaħrab u xi ħadd minnhom qatt ma kellu facebook għax m’għandux ħbieb.
“Tridx ngħidlek x’nagħmlu?
What?
Niffrejpjawha.
Xiex?
Nidħlu facebook ok? Fil-page tagħha
I mean … Dħalt, ara.
Cool.
U issa niktbu xi ħaġa tipo…
Fuq il-page tagħha jiġifieri?
FRAPE. F for Facebook, Rape for Rape.
X’se tikteb?
Boqq… tipo…
U eżatt wara bdiet tibki u ssabbat
u tgħajjat u tħanxar u ssabbat u tibki
u twerżaq u tħanxar bil-ħanxra ta’ dwejjaq spjetat u rabja li tkissrek u tfarrkek u li kieku setgħet kienet tifqa’ l-istatus ta’ kulħadd bix-xebgħa dwejjaq li kellha u biki u rabja u eyeliner blu mċallas ma’ wiċċha kollu.
U hekk.”