Fra Diegu Bonanno (1831-1902)

Hardback

In stock

Description

LOUIS A. GRASSO: twieled il-Belt Valletta fl-1930. Wara li tghallem fl-iskola primarja dahal il-Kullegg San Albertu l-Kbir. Fl-1950 dahal skrivan mas-Servizzi u fl-1967 irrizenja u dahal mad- Ditta Mamo Brothers. Wara tmien snin, dahal jahdem mal-Kumpanija AIR MALTA, u fl-1991 irtira bl-eta bhala “executive”. Kien f’hafna kumitati l-aktar sportivi. Mill-1964 sa l-1971 kien Segretarju Generali tal-Malta Olympic Committee; mill-1967 sal-1971 Prsident tal-Malta Amateur Athletic Association u Segretarju tar-Royal Overseas League Club. Mill-1969 sa l-1976 kien Segretarju ta’ l-Institute Of Supervisory Management (Malta). Attenda diversi laqghat internazzjonali fuq l-isports, u kkontribwixxa artikoli ghal gurnali lokali l-aktar fuq l-isports. Awtur tal-kotba “Gharbi ghab Kulhadd”, “Alfons Maria Galea” (Sensiela Kotba Socjalisti) u ko-awtur tal-ktieb “Giuseppe Cali’ 1846-1930”. Mizzewweg lil Gladys imwielda Soler.

FRA DIEGU BONANNO, l-erbgha u sittin ktieb mis-SENSIELA KOTBA SOCJALISTI, jirrakkonta l-istorja ta’ ajk li hareg minn bejn l-erba’ hitan tac-cella tieghu biex jahdem qalb l-emarginati tas-socejeta Maltija tas-seklu l-iehor. L-awtur isegwi l-hajja ta’ l-ajk li kien ihuf minn filghodu sa ma jidlam fit-toroq tal-Belt Valletta  u l-inhawi ta’ madwarha biex jaghti l-ghajnuna tieghu lil dawk li l-aktar kienu jinhtiguha. Fra Diegu habbat wiccu ma’ ostilata u umiljazzjoni biex wettaq it-taghlim ta’ l-lmghallem u anke gie attakkat fizikament minn dawk li kienu jaqilghu l-ghajxien taghhom mill-minhabba l-kundizzjonijiet hziena ekonomici u socjali li kien hawn f’Malta ta’ mitt sena ilu. Fra Diegu hela sahhtu jirsisti biex jinbnew istuti ghal dawk li sabu ruhhom fil-qighnett tas-socjeta, u miet qabel seta’ jara l-holma tieghu titwettaq.

Additional information

Weight 198.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 144
Cover
Year of publication

Product categories and tags