Description
Ħolma ta’ żgħażagħ Ribelli, Patrijotti… u Eroj!
“… Sakemm din id-darba, il-fizzjal instema’ jgħajjat, ‘Get ready!’ u s-suldati kollha niżlu fuq irkoppa waħda, ippuntaw l-azzarini lejn il-folol taż-żewġ naħat, immiraw dritt għal fuqna, u…
F’ħin bla waqt… instema’ tir!
Imbagħad ieħor, ieħor… u anki iżjed.
Sakemm l-arja mtliet bir-riħa qawwija tal-porvli u t-tifqigħ qawwi tal-isparar.
Madonna tal-ħniena! Ħassejt il-balal jaħarqu għaddejjin ivenvnu żbrixx minn miegħi.
Dak il-ħin, quddiemi rajt biss ix-xbieha ta’ Serafina tiegħi titbissimli bil-ħlewwa, b’għajnejha jleqqu u mfawrin bl-imħabba għalija.
U bżajt!
Bżajt li ma kontx se nerġa’ naraha aktar…”








