Emma, il-Qamar u l-Fjuri Jitkellmu

9789995763718
Paperback

Description

Mela darba waħda – għax l-istejjer għat-tfal iż-żgħar kważi dejjem hekk jibdew, b’”darba waħda” – kien hemm tifla ta’ erba’ snin jisimha Emma.

Din Emma kienet tifla fuq ruħha u dejjem ferħana. Filgħaxija kienet tħobb tara l-cartoons, u għalhekk ma kenitx tkun trid tmur torqod. Idoqqu d-disgħa, u hi tibqa’ quddiem it-televixin. Imma l-mamà tagħha, bl-għajnuna tal-qamar, fl-aħħar sabet mezz kif tħajjarha tidħol fis-sodda!

Emma kienet ukoll tħobb in-natura. Ta’ kuljum kienet tmur tħares lejn il-fjuri fil-ġnejna tad-dar tagħhom. Tant kienet tħobbhom li kienet toqgħod titkellem magħhom. U darba minnhom kellmuha lura!

“Ihi,” nistħajjilkom tgħidu, “mela l-fjuri jitkellmu?” Ħeqq, staqsu lil Emma. Hekk qalet … Anki Dixie, il-kelb ċkejken li kien dejjem jiġri magħha, baqa’ skantat!

Additional information

Weight 110 g
Dimensions 21 × 16 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 30
ISBN 9789995763718

Product categories and tags

SKU: 9789995763718 Categories: