Description
Dun Alfred hu wieħed minn dawk li għamlu ġieħ lil Malta tas-seklu għoxrin. Hu kien bniedem li, bħalna lkoll, għadda mill-ferħ u n0niket al-ħajja. Hu qasam il-ferħ u n-niket tal-ħajja flimkien ma’ dawk li fittxuh. imma hu kien id-dawl u l-faraġ ta’ bosta. Madankollu, kull kelma li ħarġet minn fommu u kull tqanqil ta’ mħabba lejn l-oħrajn kienu dejjem ir-rifless ta’ saċerdot li Kristu kien jagħnilu ħajtu. Fil-Mulej, Dun Alfred ħabb lil kull bniedem.