Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji

teorija, metrika, stilistika b'eżempji mil-letteratura Maltija

9789993272960
Hardback

Description

Dan id-dizzjunarju fih ħażna kbira ta’ termini li jmissu l-oqsma kollha tal-kritika letterarja, mit-teorija sa l-istilistika, mill-istorja tal-letteratura sal-kritika prattika, u wkoll termini ktiriċi ta’ xeħta filosofika u lingwistika. Fih ukoll it-termini kollha li jsawru l-vokabularju tal-metrika, li fi tmiem il-volum hi miġbura għaliha, L-awtur ifisser it-termini fihom infushom, i dan iwassal biex id-dizzjunarju jista’ jkun ikkonsultat minn kull min hu interessat fl-istudju tal-letteratura fiha nnifisha. Huwa jseddaq it-tifsira tat-termini b’eżempji mil-letteratura Maltija. Id-dizzjunarju hu miktub b’mod li jista’ jkun ta’ fejda f’livelli differenti ta’ l-istudju tal-letteratura, waqt li joffri lill-istudjuż u lill-kittieb it-tagħrif meħtieġ kollu dwar l-arti tal-kelma.

F’din l-edizzjoni l-ġdida mkabbra l-Professur Oliver Friggieri qiegħed idaħħal għadd kbir ta’ termini ġodda. Bħal fil-każ tat-termini l-oħrajn, ħafna minnhom qegħdin jidhru bil-Malti għall-ewwel darba u huma mogħtijin il-forma standardizzata mill-awtur.

Additional information

Weight 940 g
Dimensions 21.5 × 15 cm
Publisher
Pages 904
ISBN 9789993272960
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

You may also like…