Darbtejn Insiru Tfal

978-99932-740-5-6
Paperback

In stock

Description

It-tilwim bejn Wiġi u Katrin kien bħan-nar tat-tiben, jieħu malajr iżda ma jdumx jaqbad. Filli qed jitlewmu, filli tismagħhom jitħaddtu dwar xi ħaġa oħra li ma jkollha x’taqsam xejn ma’ dak li ftit qabel kienu qed jargumentaw dwaru. Ħafna mit-tilwim tagħhom kien ġej mill-fatt li billi Wiġi kien dam żmien twil imsiefer, it-tnejn kienu draw sistema differenti u meta bdew jgħixu kuljum flimkien taħt saqaf wieħed, ma bdewx jaqblu f’ħafna hwejjeġ. Ħajjithom kienet sempliċi u, għalkemm kienu neqsin mill-flus żejda, dejjem kielu sa ma xebgħu u fejn setgħu qatt ma qagħdu neqsin minn xejn. Iżda jekk huma kienu neqsin mill-flus żejda, mill-praspar żgur li ma kinux għax dawn kienu jfaqqsu waħda waħda tista’ tgħid kuljum.

Additional information

Weight 270.0000 g
Dimensions 19.5 × 13.0 cm
Publisher
Pages 240
ISBN 978-99932-740-5-6
Cover
Year of publication
Note It-Tielet Edizzjoni Miżjuda

Product categories and tags

SKU: 9789993274056 Categories: