Daqq, Għana u Żfin Malti

978-99909-0-475-8
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Kull pajjiż għandu dak li nistgħu ngħdulu l-leħen partikolari tiegħu li jinstema’ fid-daqq, fil-għana, u fl-instrumenti mużikali ta’ niesu. Il-Maltin, xejn inqas min-nies ta’ pajjiżi oħra, għandhom it-tradizzjonijiet mużikali tagħhom u l-leħen tagħhom.

F’dan il-ktejjeb jiena ġbart ftit tagħrif fuq xi strumenti Maltin u għidt kelmtejn fuq id-daqqaqa, l-għana u ż-żfin. Nittama li dan ikun biżżejjed biex irawwem fiż-żgħażagħ tagħna l-interess meħtieġ għax b’hekk biss nistgħu nassiguraw li l-wirt mużikali u kulturali tagħna jkompli jiġġedded u jissaħħaħ.

Anna Borg Cardona għandha lawrja fil-Franċiż u l-Ingliż mill-Universita ta’ Malta. Studjat it-teorija, il-prattika, it-tagħlim tal-mużika u l-mużikoloġija għand għalliema magħrufa u fl-Universita ta’ Malta. Ilha tagħmel ir-riżcerka dwar l-istorja tal-mużika u l-istrumenti mużikali f’Malta għal diversi snin. Ippublikat A Musical Legacy: Malta-related Music Found in Foreign Librairies (2002) u għadd ta’ artikli fuq is-suġġett f’rivisti Maltin u barranin. Flimkien mal-gupp ta’ mużiċisti li għaqqdet bl-isem ta’ Ġukulari Ensemble rrekordjat ħafna melodiji Maltin u ħarġithom f’ żewġ diski kompatti, Malta’s Musical Legacy (2003) u Doqqli Daqqa! (2005).

[email protected].

Additional information

Weight 230.0000 g
Dimensions 29.5 × 21.0 cm
Publisher
Pages 47
ISBN 978-99909-0-475-8
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789990904758