Dan Ġesù Ieħor?

Parabbola għal żmienna

978-99957-1-075-0
Paperback

In stock

Description

Manwel huwa ġuvni ħafna differenti minn kulħadd, misterjuż, reliġjuż u għal xi wħud anki stramb. Bħal għalliem huwa jiġbed warajh mhux biss it-tfal li kien jgħallem iżda wkoll in-nies tar-raħal fejn kien joqgħod m’ommu. Jibda jiltaqa’ ta’ spiss ma’ numru ta’ ġuvintur oħra f’ħanut tax-xorb li ma jdumux ma jibdew isejħu lilhom infushom “dixxipli ta’ Manwel”.

Bniedem spiritwali, huwa jitlob bis-salmi u jxerred it-tagħlim ta’ Ġesù u tal-Knisja tiegħu. Ħafna jqisuh bħala anġlu jekk mhux ukoll bħala Ġesù ieħor. Għalliema sħabu jiġġieldu dwaru meta wieħed minnhom jakkużah li hu omosesswali. Familji jirranġaw bejniethom u jsibu l-paċi bil-ħila tiegħu. Tfajla tiġġennen għal warajh filwaqt li oħra, soru missjunarja, tħeġġu biex jibda ħajja ġdida.

Additional information

Weight 180.0000 g
Dimensions 21.0 × 15.0 cm
Publisher
Pages 114
ISBN 978-99957-1-075-0
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: DGI Categories: