Description
Carlo Acutis kien żagħżugħ normali, imma l-istorja tiegħu diġà saret eżempju għal ħafna tal-età tiegħu, kif qal ukoll il-Papa Franġisku fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ta’ Rio de Janeiro. B’passjoni kbira għad-dinja tal-informatika, hu miet meta kellu biss 15-il sena. Carlo għex b’entużjażmu r-relazzjoni tiegħu mal-oħrajn, dejjem ra kif jgħin lill-foqra, u għamel mill-ħbiberija tieghu ma’ Ġesù l-għajn li minnha kien jixrob kull qawwa.








