Description
Tixtieq issir taf iktar dwar uħud mill-isbaħ postijiet f’Għawdex? Ingħaqad ma’ Bronja l-bebbuxu u Pippu l-ħamiemu fi vjaġġ meraviljuż madwar din il-gżira ċkejkna! Żuru t-Tempji tal-Ġgantija, il-fortizza storika taċ-Ċittadella u gawdu x-xemx u r-ramel dehbi tar-Ramla l-Ħamra. Għawdex hu mimli ġmiel. Mela ejja skoprih flimkien ma’ Bronja u Pippu!
Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu









