Bint Sonya

978-99957-46-26-1
Paperback

In stock

Description

Għaddew ħmistax-il sena miż-żwieġ ta’ Philip u Sonya. Louise kienet tfajla sabiħa u bil-għaqal li trabbiet f’għożża kbira billi kienet tifla waħedha. Malli kibret ftit ieħor, Louise xeħtet għajnejha fuq ġuvni li bħalha kien ġej minn familja tat-tajjeb. Mark kien tifel imfissed li trabba f’lussu kbir u kulma joħlom bih kien jara x’jagħmel biex jakkwistah.

Wara ftit xhur li bdew joħorġu flimkien, Mark beda jiltaqa’ ma tfajla Ingliża minn wara dahar Louise iżda l-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser. Il-mawra ta’ Louise lejn l-Ingilterra għand ħabibitha Alice kellha tgħinha biex tnessiha d-diżappunt tal-ewwel imħabba tagħha. Tagħmel ħbieb ukoll ma’ Jeff, żagħżugħ Amerikan li kien pilota fil-qawwa tal-ajru Amerikana. U minn hawn il-ħajja ta’ Louise terġa’ tinbidel kompletament… Xi jġeigħel lil Louise terġa’ tinfired minn ma’ Jeff? Għaliex ikollha tgħaddi żmien l-isptar għall-kura? U kif Mark jerġa’ jidħol fix-xena, issa li kienu ilhom żmien twil li ma baqgħux flimkien? Imma tgħid veru li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi?

Additional information

Weight 230.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 160
ISBN 978-99957-46-26-1
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995746261 Categories: