Description
Il-Professur Baqbaq, xjentist eċċentriku, jibda ħbiberija ma’ Xplaħħ, aljen li jgħix in-naħa l-oħra tal-galassja.
Baqbaq jagħmilha l-missjoni tiegħu biex jivvinta magna tat-teleportazzjoni biex iżur lil Xplaħħ fil-pjaneta tiegħu. Permezz tal-assistent tiegħu u tat-tfal, jibda x-xogħol fil-laboratorju. Iżda mhux kollox kien ward u żahar għax waqt ix-xogħol il-Professur jiltaqa’ ma’ bosta ostakli li jfixkluh, saħansitra jinbidel fi pjanta u ma jkunx jista’ jkompli jaħdem.
L-assistent jipprova minn kollox biex jerġa’ jġib lura lill-Professur Baqbaq fi bniedem. X’se jkun ix-xogħol tiegħu? Kif se jgħinuh it-tfal? U fiex jidħlu s-sillabi, l-aġġettivi, il-kuluri, ir-ritmu u l-vibrazzjonijiet? Matul dan ix-xogħol kollu, il-Professur Baqbaq u Xplaħħ jispiċċaw miġġildin. X’kien il-kaġun tal-ġlieda tagħhom?








