Bajtar tax-xewk

978-99957-63-22-0
Paperback

In stock

Description

Bejn “Il-Bidu” u “Tal-Aħħar”, ir-rumanz hu maħdum minn diversi ittri li jagħtu ħjiel tal-ġrajja fil-gżira Merħbabik f’nofs il-Mediterran. Għalhekk ir-rumanz hu maqsum f’ittri mhux f’kapitli bħas-soltu. 

Omar, l-agħma ta’ Pariġi imma mwieled fil-gżira ta’ Merħbabik fil-Mediterran, jisma’ lil neputih Franċiż jaqralu l-ittri li jkun irċieva snin qabel u li ma kienx qara minħabba traskuraġni u xogħol.

Profs Peppinu u n-namrata tiegħu Nina minn għedewwa ta’ Lola u Ramon isiru ħbieb hekk li jibdew jgħinu fid-Dar tax-Xjuħ li jkun waqqaf Ramon wara li sar professur u mexxej tal-Partit Soċjali. Il-ġlieda bejn il-partiti tal-festi, li kienet qed iddejjaq ‘il kulħadd imma l-aktar lill-Isqof, intemmet ‘wiċċ il-ġid u l-Isqof ħa r-ruħ.

Ir-rumanz jibda f’Pariġi u jispiċċa f’Dar tax-Xjuħ f’Merħbabik. Għan-nuqqasijiet gravi ta’ wħud ipattu oħrajn, li bl-għajnuna tagħhom is-soċjetà ssib triqtha l-aktar fejn jidħlu l-bżonnijiet tax-xjuħ bit-twaqqif ta’ did-Dar tax-Xjuħ ġdida.

Il-bajtar tax-xewk li kienu fuq il-mejda ta’ Omar f’Pariġi jingħaqdu mal-bajtar tal-irħam li hemm skolpiti fid-Dar tax-Xjuħ u li huma simbolu tal-ġlieda bejn it-Tajjeb u l-Ħażin li dehret ċar fir-relazzjonijiet tal-karattri tar-rumanz.

Additional information

Weight 380.0000 g
Dimensions 20.0 × 13.0 cm
Publisher
Pages 336
ISBN 978-99957-63-22-0
Format Paperback
Year of publication 2016

Product categories and tags

SKU: 9789995763220