Arlekkin Isfar

9789990918427
Paperback

In stock

Description

Lanċa tas-sajd — iż-Zeemuziek — sparixxiet ’il barra mix-xtut ta’ Rotterdam, l-Olanda. Fl-uniku kuntatt tiegħu mal-kosta, il-Kaptan kien irrapporta xi ħaġa stramba: tinda, qisha taċ-ċirku, f’nofs ta’ baħar.

Dan, ftit ġimgħat biss wara li nsterqu seba’ pitturi imprezzabbli mill-Mużew tal-Arti — l-istess mużew fejn Sven Mejer qara l-komponiment tiegħu dwar arloġġ misterjuż.

Lura fiż-żmien: fl-1921 ġewwa Spanja, Oscar Mendoza qabeż fuq ferrovija fi triqtha għal Barċellona. F’ħajtu kellu skop wieħed: li jsir l-aqwa buffu taċ-ċirku li qatt rat id-dinja.

F’din l-avventura maġika — it-tieni waħda mis-saga ta’ Arloġġ u Tila — Sven u sħabu biss jistgħu jsolvu l-misteru li jorbot flimkien dawn il-ġrajjiet. Imma hemm problema waħda: Sven jitwerwer mill-baħar!

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 19.8 x 12.8 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789990918427
Pages 264

Product categories and tags

SKU: 9789990918427 Categories: