Anton Tabone

Il-Pont bejn Għawdex Reġjun u Malta Nazzjon

978-99957-50-40-4
Hardback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Ta’ 28 sena fuq l-għatba li jiżżewweġ, żagħżugħ Għawdxi bin tabib ewlieni u politiku, sab ruħu fil- Parlament u fl-istess ħin itterminawlu l-impjieg fiss li kellu ma’ bank ewlieni li bih seta’ jgħajjex familtu.
Minn hemm tibda l-ħidma ta’ Anton Tabone ma taqta’ xejn favur Għawdex li bosta drabi fl-Istorja ġie romantiċizzat u ppreżentat bħala l-gżira tal-ħolm.
Imma Għawdex kien ukoll il-gżira tal-iżvantaġġi, il-gżira tal-insularità doppja li tort tagħha bosta Għawdxin kellhom iħallu djarhom u familthom minħabba Ta’ li ma sabux xogħol fil-gżira li welldithom.
Din hija l-istorja ta’ Anton Tabone u ħidmietu b’risq Għawdex biex sar kontributur ewlieni fil-ħajja tal-pajjiż.
Din hi wkoll l-Istorja ta’ Għawdex minn wara l-gwerra sa żmienna: gżira reġjun ta’ Malta nazzjon f’nofs il-Mediterran.
F’dan il-ktieb tista’ taqra dwar:
  • Politiċi Għawdxin mill-familja Tabone
  • Għawdex tal-perjodu erbgħin u ħamsin tas-seklugħoxrin
  • Il-baned u l-kaċċa f ’Għawdex
  • Il-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex
  • Argumenti ma’ Duminku Mintoff, Lorry Santu Wistin Abela dwar l-investimenti tal-Gvernf ’Għawdex
  • Theddida ta’ riżenja mill-Grupp ParlamentariNazzjonalista
  • It-Twaqqif għall-ewwel darba tal-Ministeru għalGħawdex
  • Servizz Innovattivi ta’ Kommunikazzjoni bejnMalta u Għawdex li llum ma jeżistux
  • Il-Ħidma favur Għawdex Reġjun

Additional information

Weight1060.0000 g
Dimensions25.5 × 18.0 cm
Publisher
Pages330
ISBN978-99957-50-40-4
Cover
Year of publication
Notewith jacket

Product categories and tags

SKU: 978-99957-50-40-4 Categories: Tags: