Description
Ir-Reliġjon bħala suġġett ta’ studju fl-iskola sikwit jieħu bixra ta’ suġġett ta’ storja għaliex jirrakkonta stejjer li ġraw fil-passat u li aħna b’xi mod għadna nħossuhom rakkonti marbuta mill-qrib mal-kultura li tiffurmana. Hu veru li fil-mixja ta’ fidi tagħna hemm rakkonti fl-istorja li jibqgħu dejjem punti ta’ riferiment f’kull żmien. Imma hu daqstant ieħor veru li r-reliġjon, kif joħroġ ċar minn dan il-ktieb tas-sitt sena tal-Primarja, hi storja li tkompli, storja li għadha qed tiżvolġi ruħha fil-ħajja tal-umanità.