Description
L-awtur ta’ “Alice’s Adventure in Wonderland” hu Charles Lutwidge Dogson (1832-1898) aktar magħruf bħala Lewis Carroll. Il-ktieb inħoloq kwżi b’ kumbinazzjoni. Darba, wara nofsinhar, Carroll ħa lil Alice Liddell u liż-żewġ ħutha bniet għal dawra bid-dgħajsa fuq ix-xmara Thames. Biex ma jiddejqux beda jivvintalhom storja. Meta mar id-dar ġietu l-idea li jiktibha kif kien qalha lit-tfal iżda ma kellu ebda ħsieb jippubblikaha. Imbagħad pinġa wkoll xi stampi għaliha. Xi żmien wara l-manuskritt rah Henry Kingsley, għoġbu, urieh lil George MacDonald, dan qrah lit-tfal tiegħu, li ħadu pjaċir bih ħafta. sew kingsley u sew MacDonald ħajru lil Carroll reġa’ ktieb l-istorja, żidilha xi episodji oħra u lestieha għall-pubblikazzjoni. Xtaq juża l-istampi li kien pinġa hu iżda ħbiebu pperswadewh iqabbad persuna msemmija u ntagħżel il-pittur Tenniel. Il-ktieb deher għall ewwel darba fl-l865 u ntlaqa’ tajjeb mhux biss mit-tfal iżda wkoll mill-kbar. Il popolarità tiegħu wara dawn isnin kollha għadha ma ntilfitx.
