3 Tlieta

978-999578065-4
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Rachel, tfajla li ħajjitha tinbidel minn lejl għan-nhar meta l-għarus tagħha jgħidilha li marritlu l-volonta’ taż-żwieġ u jitlaqha. Għall-ewwel tkun ferm depressa iżda dan sakemm tibda xogħol ġdid ġo fabbrika tal-elettronika. Hemmhekk tiltaqa’ ma’ Yan u f’qalb Rachel terġa’ taqbad dieħla l-imħabba. Iżda Yan iżomm kelmtu meta jgħidilha li jkun se jitlaq lil martu biex jibqa’ magħha?

Nathalie, ħabiba antika ta’ Rachel li ma tkun tista’ tissetilja fl-ebda xogħol. Jum minnhom tiltaqa’ ma’ Rachel li tgħidilha li fil-fabbrika fejn daħlet taħdem hi kellhom bżonn in-nies. Nathalie tispiċċa taħdem magħha u permezz f’hekk isiru ħbieb sew. Jibdew joħorġu u Nathalie tiltaqa’ ma’ Taljan jismu Enrico li tinġibed lejh mhux ħazin. Iżda r-relazzjoni tagħhom tibqa’ miexja sew minħabba problemi li d-distanza tibda ġġibilhom?

Marisa, tfajla ta’ erbgħa u għoxrin sena li tkun taħdem fl-istess fabbrika ma’ Rachel u Nathalie. Sħabha kollha jkunu qed joħorġu ma’ xi ġuvni u għalhekk tispiċċa mingħajr ħbieb ma’ min toħroġ. Jum minnhom tkun qed titkellem ma’ Rachel li toffrilha biex tibda toħroġ magħna u ma’ Nathalie. Minn hemmhekk tibda ħbiberija sabiħa bejniethom it-tlieta. Iżda Marisa jkollha problema. Din tkun ilha ffissata fuq ġuvni li jismu Simon minn mindu kienet ħafna iżgħar. Milli jidher Simon ma kienx xi wieħed li jissetilja ma’ tfajla waħda u għalhekk għal Marisa kull weekend tista’ tgħid ikun infern. Iżda x’jiġri meta Simon ikollu aċċident fuq ix-xogħol?

Kif se tisvolġi l-istorja tagħhom it-Tlieta?

Additional information

Weight 215.0000 g
Dimensions 24 x 17 cm
Publisher
Pages 245
ISBN 978-999578065-4
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995780654 Categories: