1,2,3, Qatt Tinkwieta

9789918211357
Paperback

Description

Taf b’xi tfal li jinkwetaw ħafna? Il-biża’ qed iżommhom milli jkunu l-aħjar li jistgħu jkunu?

F’1, 2, 3, Qatt Tinkwieta, l-awtriċi u konsulenta newroedukattiva Noel Foy żviluppat approċċ ta’ azzjoni kontra l-inkwiet li se jgħin lit-tfal jipproċessaw l-isfidi ta’ kuljum u jaħdmu permezz tagħhom.

“Tiskanta x’tista’ tgħallem lil ħaddieħor bl-attitudni t-tajba.”
“Taħseb li tista’ tgħallem lil ħaddieħor jinkwieta inqas?”
Chris tbissem minn taħt. “Assolutament. Sakemm dak li jkun ma jibżax jitgħallem xi ħaġa ġdida.”

Bl-ansjetà fost it-tfal li qed tikber b’rata mgħaġġla, l-adulti qed ifittxu għodod li t-tfal jistgħu jużaw fil-prattika fil-ħajja ta’ kuljum sabiex jikkontrollaw is-sentimenti tagħhom. Bl-użu ta’ pjan ċar ibbażat fuq tliet passi sabiex jibdel il-perspettiva tagħhom dwar l-ansjetà jew ħsibijiet ta’ biża’, it-tfal jistgħu jieħdu lura l-kontroll minn fuq iċ-ċiklu vizzjuż tal-ansjetà. Sezzjoni speċjali għall-adulti tipprovdi suġġerimenti bbażati fuq evidenza biex tgħin lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet neċessarji biex jaffaċċjaw u jegħlbu l-inkwiet u l-biżgħat.

NOEL FOY
Bħala eks għalliema u Speċjalista fit-Tagħlim, Noel hija fundatriċi tal-Konsulenza Newroedukattiva AMMPE™. Il-missjoni tagħha hija li ssaħħaħ lill-għalliema, ġenituri, counsellors, kowċis u studenti b’metodi faċli u dħulin sabiex jitnaqqas l-istress u jitħeġġeġ l-involviment, it-tagħlim, il-funzjonalità eżekuttiva u l-prestazzjoni.

OLGA u ALEKSEY IVANOV
Olga u Aleksey huma tim kompost minn familja ta’ illustraturi ta’ kotba għat-tfal. Huma ħadmu flimkien fuq aktar minn 100 ktieb, billi użaw approċċ mhux tas-soltu li fih iż-żewġ artisti joħolqu, jiskeċċjaw, jiddisinjaw u jpinġu.

Addattament għall-Malti minn Janet Mallia

Additional information

Weight 160 g
Dimensions 20.3 × 22.9 cm
Author ,
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 32
ISBN 9789918211357

Product categories and tags

You may also like…