Iz-zija Connie, li tieħu ħsiebi ferm u kuljum tlestili l-bajda u ttellagħli t-tè fis-sodda meta r-Rediffusion ikun se jibda jdoqq l-Ave Marija fis-sitta, tpejjep mhux ħażin. 
Pakkett tal-għaxra taħarqu f’ġurnata. In-nannu u n-nanna naħseb li ma jafux, għax il-pakketti taħbihom biex ma jarahom ħadd. Il-pakkett tas-sigaretti għandu lewn aħdar. Jisimhom Consulate u jinxtammu riħa ta’ menta. In-nannu Karm lilhom ukoll ipejjep.
Iz-zija Connie ma tixtrix mingħand in-nannu, inkella jinduna li qabdet il-vizzju ħażin tat-tipjip. Għalhekk jew tixtri meta tmur tagħmel ix-xirja hi, jew tibgħatni bil-moħbi nixtrilha mingħand Ġeraldu l-parukkier, fil-kantuniera mal-faċċata l-oħra tat-triq. Tagħmilli paneġierku għall-mod kif għandi naqsam, għax jekk ikun jaf in-nannu li qsamt waħdi, tgħidx x’jagħmel. Dan meta biex tgħaddi karozzi minn Triq Irjali, irid jgħaddu 30 sekonda.
Minn ’l isfel minna, ġieli nixtrilha wkoll mingħand Ġorġ il-Pintley. Tajba din. It-tifel ta’ Ġorġ jiġi jixtri s-sigaretti mill-ħanut tan-nannu u jien immur nixtri s-sigaretti għal ziti mingħand Ġorġ. Hekk iddur ir-rota tal-kummerċ, għalkemm bin Ġorġ jixtri aktar pakketti milli tista’ tixtri z-zija Connie!
Meta n-nannu jiġi d-dar għall-ikel ta’ nofsinhar, jinża’ fuq il-flanella u joqgħod fuq siġġu li jingħalaq, mal-mejda. Maġenbu jqiegħed is-sigaretti u s-sulfarini. Ħadd ma jqajmu għajr il-ħin tal-4 p.m. meta jiġi biex jerġa’ jiftaħ il-ħanut. Wara l-ikel jibda jongħos fuq iż-żewġ saqajn ta’ quddiem tas-siġġu. Kultant jieħu ħasda u jistenbaħ maħsud. Mhux darba u tnejn inkun se naqbad nidħaq f’wiċċu, iżda ma rridx inkun kattiv miegħu, għax iħobbni tabilħaqq. Kultant jiġbidni lejh u waqt li jgħidli ‘Ganuxu’ idawwar rasu ma’ rasi u qisu jaħraqli xagħri.
Milli jidher liz-zija Connie spiċċawlha s-sigaretti u naħseb li flus m’għandhiex għax tridni nieħu l-pakkett tan-nannu mingħajr ma jinduna. Sa ma jdum ma jieħu ċ-ċaqliqa tan-nagħsa li jmiss, niġbidhulu minn maġenbu u z-zija Connie toħodlu żewġ sigaretti minnu.
Illum reġa’ ma għandhiex, la flus u lanqas sigaretti. Minn taz-ziju Fred, li jixtri t-Three Cats, f’kaxxa ħamra bi tliet qtates fuq il-faċċata, ma tħobbhomx. Ġieni ħsieb. In-nanna qiegħda fil-kamra ta’ ġewwa u z-ziju Fred mar il-Belt waħdu, kif soltu jagħmel kuljum.
B’ċavetta tal-gwardarobba u bi ftit logħob fis-serratura ta’ bieba ċkejkna tal-iskrivanija taz-ziju Fred, qed nipprova niftaħlu kexxun. U balleċ irnexxieli. Hawnhekk, iz-ziju Fred iżomm xi flus antiki f’kaxxa tal-landa. Flus li ma għadhomx fiċ-ċirkulazzjoni. Allura bla użu. Fosthom tliet soldijiet tal-fidda. Qishom sixpenz tal-lum. Ħadt waħda u qfilt kollox bħal qabel.
Sejjer għand Ġorġ il-Pintley. Bħalissa pakkett sigaretti jiswa disa’ soldi (9 ċenteżmi), iżda xħin Ġorġ jara t-tliet soldi tal-fidda qed jaqbel li tagħha jagħtini pakkett Consulate. Iz-zija Connie tgħidx kemm qed tifraħ bih. Issa għandha sigaretti għal jum sħiħ.
Minn ftit jiem ilu, in-nannu qed jagħti kaxxa sulfarini ma’ kull żewġ pakketti sigaretti li dak li jkun jixtri mingħandu. Dan wara li sar jaf li Ġorġ il-Pintley qed jagħmel hekk ukoll. Speċi ta’ qed tinbet kompetizzjoni bejniethom. Min ikollu l-aktar klijenti għax- xiri tas-sigaretti, għax il-Pintley la jbigħ ħelu, la gazzetti u lanqas affarijiet ta’ stationery.
Min jaf kieku n-nannu jintebah li jien qed immur nixtri s-sigaretti għaz-zija Connie mingħand Ġorġ, x’jagħmel. U meta Ġorġ jarani, jgħid lili wkoll bl-offerta tiegħu. Forsi għax it-tliet soldijiet tal-fidda jogħġbuh aktar mid-disa’ soldi ta’ flus li f’materjal ma jiswew xejn! Iżda l-biża’ li teħid simili għandu rabta ma’ serq, kif intqalli minn qassis ħabib tiegħi, mhux qed jinkuraġġini biex nerġa’ nwettaq l-att doppju għal kaxxa sulfarini.
Għal dik it-tliet soldi dabbart penitenza qawwija u kemm-il darba qed ngħid liz-ziju Alfred biex għal din il-ġimgħa ma jagħinix flus pocket money. Qed jiskanta, iżda mhux jistaqsini għaliex.
Awtur: Charles B. Spiteri
Yvonne Fenech, tfajla tampari li toqgħod faċċata tagħna iżda qatt ma tilgħab ma’ tfal oħra, għadha kif qalgħet tricycle sabiħa ferm. Toqgħod iddur biha fuq il-bankina tagħhom li hi aktar wiesgħa minn tagħna.
Is-sema ikrah. Skur ħafna. Se tagħmel ix-xita minnmument għall-ieħor. Ma nixtieqx noħroġ nilgħab fit-terrazzin, għalkemm diġà ħriġt biex għalift lit-tiġieg, lill-fniek u lill-ħamiem.
For the past couple of years the National Library of Malta has been hosting a series of lectures, generally of historical interest, within its magnificent reading room. These lectures are always a pleasure to attend and have always been highly interesting.
The lecture was accompanied by the publication of Robert Thake’s first book‘Patriotism, Deception and Censorship: De Soldanis and the 1751 Account of the Uprising of the Slaves’ which examines every aspect of the book from its publication in January 1751. Patriotism, Deception and Censorship takes the reader through the various stages of the publication of Mustafa Bassa di Rodi, and outlines in great detail the contents of the publication, pointing out the numerous seditious and offensive statements which led to its swift and merciless destruction at the hands of Grand Master Pinto. Apart from questioning the abilities of the Grand Master to rule his Island, the author of Mustafa Bassa di Rodi challenged the legitimacy of the Order’s occupation of Malta citing the Privileges granted unto the Maltese population by King Alfonso of Spain to justify his stance. Following the publication of the book, both de Soldanis and Michele Acciard were subjected to rigorous judicial trials in Rome and Naples respectively. The book was hunted down and destroyed, however, much to the Grand Master’s dismay, Michele Acciard and de Soldanis were both found innocent and released. 

