Appena jdoqqu l-4.30 p.m. jasal mix-xogħol iz-ziju Willie. L-ewwel ma tkun tistennieh hi ‘Funny’il-kelba taz-ziju Dward. Appena f’dak il-ħin dejjem tisma’l-istess marċmilitari fuq ir-Rediffusion; magħrufa bħala r-Rediffusion March, tibda tferfer denbha u tmur dritt quddiem l-antiporta.
Iz-ziju Willie għandu uniformi. Jaħdem mar-Royal Electrical & Mechanical Engineers (REME). Filgħodu joħroġkmieni iżda ma jdumx ma jiġi d-dar. Jasal ftit wara li nispiċċa jien mill-iskola.
Iz-ziju Willie minn dejjem kien kapaċi jagħmel dak kollu li jara. Mill-bitħa saqqaf parti u għamel workshop. Fih hemm ħafna partijiet ta’karozza. Steering, sparking plugs, swiċċijiet, fanali bix-xibka quddiem, ċineg u wkoll ħames roti kbar.
In-nanna Alice u z-zija Connie jgħidu li darba z-ziju Willie għaqqad karozza f’din il-kamra. Għamilha taħdem iżda ma setgħetx toħroġfit-triq, għax il-bibien tal-kmamar huma iżgħar minnha. Iżda għamilha biex jara jirnexxilux iħaddimha. U rnexxielu.
Ix-xogħol tal-injam hu l-aktar li jħobb jagħmel. Minn kemm in-nannu ilu bil-ħanut, iz-ziju Willie qed jagħmel ġugarelli tal-injam il-ġmiel tagħhom. Jagħmel forom ta’tfal jew ta’annimali mill-plywood, li jaqtagħhom bl-arkett, imbagħad, separatament, jagħmel is-saqajn, li jwaħħalhom u jirribattihom b’wajer tal-inxir mal-aljetta; jorbothom fuq pjattaforma tal-injam li jaħdmilha r-roti fuq it-torn u meta torbotha bi spaga u tmexxiha il-forma jew forom jibdew jiċċaqilqu. Dawn jiġu ferm isbaħwara li jiżbogħhom b’żebgħa taż-żejt. Lili dejjem jagħtini wieħed li jkun jogħġobni.
Il-lum se jagħmel xi ħaġa differenti. Iridni ngħinu. Fit-terrazzin tellajna l-primus, patalott taż-żebgħa u gradjol (qisu kaldarun) itqal minni. Fil-gradjol qed idewweb iċ-ċomb.
Jien qed innaddaflu żewġnofsijiet ta’forom tas-suldati. Hu jorbothom flimkien bil-clips. Xħin idub iċ-ċomb, iridni nersaq minn maġenbu. Itella’ċ-ċomb bil-kuċċarun li għandu speċi ta’żennuna, u jferra’minn ġenb li qiegħed apposta f’tarf tal-forom. It-tużżana forom li għandu, fosthom ta’annimali, siġar, suldati u footballers, nimlewhom kollha. Meta l-forom jiksħu u jaqlagħhom minn ma’xulxin joħorġu l-mudelli jleqqu taċ-ċomb.
Bħalma jagħmel bil-ġugarelli tal-injam, iz-ziju Willie joqgħod jiżbogħil-mudelli bi pniezel irqaq. Jaf jagħmel ukoll kaxxi tal-kartun li jiksihom b’karti kkuluriti biex jiġbdu l-għajn. It-tfal iħobbuhom wisq dawn is-suldati u jixtruhom. M’hawn ebda kwalitàoħra mnejn jagħżlu. Suldati kollha xorta għajr għall-kuluri li jagħmlilhom iz-ziju Willie.
Żmien ilu għamel kastell kbir ħafna, xi tliet piedi kwadru. Miżbugħisfar bil-fili tal-ġebel suwed. Ilu ħafna merfugħfuq gwardarobba f’kamra tas-sodda. Naħseb li jew jiswa ħafna flus jew ħadd ma għandu fejn jagħmlu. Tgħidx kemm ili nitlobhulu. Qatt ma jgħidli le. Dejjem “mhux għalissa”.
Iz-ziju Fred jirrakkuntali li meta z-ziju Willie kien żgħir u jara xi ħaġa togħġbu kien jistaqsi “Dik x’inhi, dik għalfejn, dik tihieli”. Illum qed nagħmel bħalu. Flok nitolbu l-kastell, nilgħabha tal-ibleh u nistaqsih dak x’kien, dak x’inhu u biex jagħtihuli. Aktarx li dak il-ħin jew ftakar f’li kien jgħid hu, jew qallu xi ħaġa z-ziju Fred: niżżel il-kastell mnejn kien u tahuli. Kemm iħobbni z-ziju Willie. Issa l-istejjer li nivvinta tas-suldati jkunu ferm isbaħ. Meta d-dar għand in-nanna jiġi xi wieħed jew aktar minn ħuti, nagħmlu ors nilagħbu bis-suldati f’dan il-kastell. Min idaħħalhom f’kamra, min joħroġhom minn oħra taparsi se jagħmlu d-drill u mbagħad naqblu li għandna noħorġuhom għall-ġlied. Il-ħmerija hi li mill-istess ġlied tas-suldati, nispċċaw niġġieldu bejnietna, għax ħadd ma jkun irid li s-suldati tiegħu joħorġu telliefa.
Minħabba f’hekk, u biex ma mmorrux inkissru l-kastell taz-ziju Willie, dan jitteħdilna min-nofs u jerġa’jsib ruħu fil-għoli fejn ma nilħquhx. Hu kastell il-ġmiel tiegħu li jħaddimli l-immaġinazzjoni biex dejjem ninseġstejjer differenti għas-suldati tiegħi.
Awtur: Charles B. Spiteri
Yvonne Fenech, tfajla tampari li toqgħod faċċata tagħna iżda qatt ma tilgħab ma’ tfal oħra, għadha kif qalgħet tricycle sabiħa ferm. Toqgħod iddur biha fuq il-bankina tagħhom li hi aktar wiesgħa minn tagħna.
Is-sema ikrah. Skur ħafna. Se tagħmel ix-xita minnmument għall-ieħor. Ma nixtieqx noħroġ nilgħab fit-terrazzin, għalkemm diġà ħriġt biex għalift lit-tiġieg, lill-fniek u lill-ħamiem.
For the past couple of years the National Library of Malta has been hosting a series of lectures, generally of historical interest, within its magnificent reading room. These lectures are always a pleasure to attend and have always been highly interesting.
The lecture was accompanied by the publication of Robert Thake’s first book‘Patriotism, Deception and Censorship: De Soldanis and the 1751 Account of the Uprising of the Slaves’ which examines every aspect of the book from its publication in January 1751. Patriotism, Deception and Censorship takes the reader through the various stages of the publication of Mustafa Bassa di Rodi, and outlines in great detail the contents of the publication, pointing out the numerous seditious and offensive statements which led to its swift and merciless destruction at the hands of Grand Master Pinto. Apart from questioning the abilities of the Grand Master to rule his Island, the author of Mustafa Bassa di Rodi challenged the legitimacy of the Order’s occupation of Malta citing the Privileges granted unto the Maltese population by King Alfonso of Spain to justify his stance. Following the publication of the book, both de Soldanis and Michele Acciard were subjected to rigorous judicial trials in Rome and Naples respectively. The book was hunted down and destroyed, however, much to the Grand Master’s dismay, Michele Acciard and de Soldanis were both found innocent and released. 