Wara li nasal mill-iskola, li tispiċċa fl-erbgħa, niekol u għal xi l-erbgħa u nofs immur għall-ħobż. Il-furnar li nixtru mingħandu jinsab fi Triq Nazzarenu u maġenbu hemm il-Mużew tad-Duttrina li nattendi wkoll.
Il-ħobż, bħall-għaġin, zokkor u żejt, hu bir-razzjon. Irrid nieħu miegħi il-kartun biex iniżżilli fuqu li nkun ħadt sehem il-familja tan-nannu u taz-ziju Fred u Dwardu. Sid il-forn hu Taljan. Jismu Pierino Perotti. Raġel xiħ u oħxon. Fil-forn ikollu n-nies jaħdmu l-ħobż. Ibnu Remo jservi lin-nies u Pierino jitħallas.
Il-forn hu kbir. Imqassam f’żewġ kmamar kbar. F’waħda hemm il-forn u n-nies jaħdmu u fl-oħra li hi kbira wkoll hemm qatgħa b’bank bħal tal-lottu, qisha gaġġa b’kaxxier, (fejn joqgħod Pierino) u l-kumplament imdawwar b’tilari tal-injam li fihom jitqiegħed il-ħobż jaħraq nar. Imbagħad bank ċkejken b’miżien fuqu. Il-ħobż ta’ Pierino fih l-għamliet. Barra mill-kbir (tar-ratal) u ż-żgħir (tan-nofs artal) Pierino għandu l-ħobż tal-Malti, tas-Salib u dawk magħrufin bħala tal-kexxun. Kollu ħobż frisk u nadif. Tant li bi xkupilja apposta, Pierino jfarfar kull qiegħ ta’ ħobża biex itajjar mid-dqiq żejjed. Ħadd ma jpejjep fil-ħanut tal-forn.
Għall-użin ma jilgħablu ħadd. Kważi rett iżżejjed. Tieħu jew tagħżel ħobża: bieba jew ġenbha (jiġifieri mdawra kollha bil-qoxra) u Remo jqegħidha fil-miżien. Jekk tieħu aktar minn waħda xorta wkoll. Jintiżnu u jekk il-piż ma hux skont ma trid int, iżidlek bil-ġonta. Jekk il-ħobża li trid hi iktar fil-piż, jew tħallas aktar, jew jaqtagħlek biċċa minnha.
Hu l-gost tiegħi meta nixtri l-ħobż ftit ħafif. Remo jdawwar is-sikkina ma’ ħobża friska u jaqta’ kisra biex il-miżien jinżel. It-triq sad-dar isservi biex nilħaq niekol dik il-biċċa ġonta sħuna u tajba.
Mhux darba w tnejn li n-nanna tinduna x’inkun għamilt, għax ma’ ħalqi jibqagħli xi trab tad-dqiq tal-ħobż. Tgerger u tirrabja, għax tgħid li barra m’għandu jiekol ħadd. “Jekk tiekol barra ma tiżżewwiġx”, spiss tirrepetili. U jien noqgħod attent biex nipprova nobdi għax nismagħhom jgħidu li kliem ix-xiħ żomm fih.
Bejn il-forn tal-ħobż u d-dar tan-nanna hawn forn ieħor. Insibuh bħala l-forn tal-kafè. Meta jqabbduh, tgħidx x’riħa jkun hawn fl-inħawi. Mingħand Ġużeppi tal-kafè mmur nixtri bin-nofs kwart. Ġieli xtrajt żewġ nofs kwartijiet separati u differenti. Iżda ngħid għalija t-togħma nsibha xorta. U jekk il-kafè tal-użin ma tkunx tħobbu trid tieħu bilfors it-tè, li wkoll hu tal-użin u msajjar. Madankollu jien inħobb kollox, la mid-dar.
Il-forn tal-kafè nużah ukoll biex nieħu l-ikel nhar ta’ Ħadd. Ġużi jkun jistenna lil kulħadd. Nagħtih id-dixx u jekk ikun bil-patata u laħam ngħidlu jżidlu l-ilma, għax in-nanna u z-zija jħalluh skars biex ma nwaqqax fit-triq. Fuq patata minnhom iwaħħal pjanċa b’numru, li ieħor bħalu jagħtihuli biex nieħdu miegħi. Meta mmur għall-ikel mill-forn, nagħtih in-numru u hu jsib dak pariġġ minn fuq it-tilari tiegħu.
Kull dixx jitqiegħed fuq mejda kbira, li taħtha għanda kexxun imdaqqas. Meta ma nagħtihx flus eżatt, Ninu jew ħutu, jiftħu l-kexxun tal-mejda u jagħtuni l-bqija minn bosta bwieqi li hemm.
Xħin f’nofsinhar nasal għand Ġużeppi, il-ġuħ ikun qed jagħmel tiegħu. U meta tilmaħ lin-nisa kollha u tfal jimbuttaw biex jieħdu l-ikel tagħhom l-ewwel, nagħmel bħalhom. Għax fejn taf xi tħoss, tara dawk id-dixxijiet kollha b’ikel differenti u tiegħek għadu ma wasalx. Jagħtik l-aptit tinxteħet fuq tarġa u tnaqqar sa ma tixba’. Iżda kliem in-nanna dwar l-ikel fit-triq nisimgħu f’widnejja l-ħin kollu.
Madankollu, wara li nieklu, ninduna kemm in-nanna, iz-zija Connie u ġieli n-nannu, jieħdu ħin biex isajru, ħalli mbagħad, f’nofs siegħa nkunu kilna kollox. Iżda wara l-ikel…. ikun fadal il-ħasil tal-platti. Miskina z-zija Connie. Ix-xogħol tat-tindif tad-dar, kollu fuqha jaqa’.
Matul il-ġimgħa, hekk kif bħalissa; fil-jiem xitwin, nirritorna mill-iskola primarja ta’ wara l-Għassa tal-Pulizija, tal-Ħamrun, fl-erbgħa ta’ filgħaxija, spiss insib lin-nanna Alice tħit il-ħwejjeġ. Il-membri tal-familja tagħna lkoll nilbsu minntaħt idejn in-nanna Alice.
Karozza ma għandniex. Ħadd ma għandu fit-triq għajr għas-Sur u s-Sinjura Simmler. Huma tnejn min-nies xjuħ li ma għandhomx tfal. Iżda minflok għandhom karozza
Mas-sebħ, f’xi l-ħamsa, diġà lbisna. In-nanna tridni mmur għand Ciscaldi, għax ordnat il-qassatat. Irridu noħduhom magħna għall-ikel. Sakemm immur, iz-zija Connie qed tlesti basket kbir bix-xorb.
Tgħaddi kważi siegħa. Dolly qed issejħilna għall-private. Kulħadd qed jirkeb u aħna għadna nistennew. Iz-ziju Dward ma jidhirx. Beda l-garr u kellna nitilquh l-art inkella nibqgħu aħna wkoll. Issa sejrin sax-Xlendi, għax hawn numru ta’ Maltin li jridu jgħumu. Magħhom hawn ukoll jien u z-zija Connie, li tellajna l-malji magħna.
Aktar tard mal-jum, it-tiġieġ jibdew iqaqu. Huma ma jagħmlux dan għalxejn, iżda bi twissija li jkunu biedu bajda. Meta nkun id-dar, noħroġ niġri fit-terrazzin u niġborha sħuna sħuna minn taħtha, għax inkella, ġieli jnaqqruha b’munqarhom. It-tiġieġ tagħna jbidu jum iva u jum le.
Naħseb li n-nanna Nes, l-iktar li tħobb issajjar hu l-brodu, għax spiss tagħtina minnu. Bis-saħħa tagħha qed insir inħobb l-għadam tal-mudullun. Kemm tieħu gost tarana nieklu kollox u ma nħallu xejn fil-platt. Minn daqshekk jien ma ninkwetahiex. Aktar Paul iġegħilha tgorr.
Qed iddoqq il-qanpiena tal-Museum, għax sar il-ħin. Lolly ġej għalija biex bħas-soltu mmorru flimkien. Il-bieraħ ftehimna li llum taparsi mmorru l-Museumu minflok noqogħdu nilagħbu.
Fuq, fid-dar tan-nanna għandna tliet kmamar tas-sodda. Bejn it-tnejn il-kbar hemm kamra maqsuma b’ħajt b’mod li f’dik tan-nofs qisu hemm żewġ kmamar. Il-waħda mal-passaġġ nużawha bħala kamra b’sodda waħda, taz-zija Connie u nofs l-ieħor ta’wara l-ħajt, hi kamra għal bank tal-għodda taz-ziju Willie. Fis-saqaf hemm tamboġġgħad-dawl minn fuq il-bejt u tieqa tal-injam bil-ħġieġf’kull kamra tas-sodda l-kbar.