Xahrejn ilu, sewwasew f’Settembru tal-1961, reġgħu fetħu l-bibien tal-iskejjel wara l-vaganzi tas-sajf. Għall-ħames sena, fl-età ta’ għaxar snin, tiela’ fil-klassi Standard III, fl-iskola ta’ wara l-Għassa tal-Pulizija, fil-Ħamrun. Ta’ għaxar snin, l-innoċenza tibda twarrab għal avventuri brikkuni, kif se nirrakkonta.
Bħalissa, Novembru, jiġi mfakkar Jum il-Pepprina (Poppy Day) biex niftakru f’dawk il-bnedmin kollha li mietu kaġun tal-gwerra.
L-iskola ġew nies b’numru kbir ta’ bottijiet bojod magħluqin, b’xaqq fin-naħa ta’ fuq, qishom karusijiet u b’qafla min-naħa għall-oħra, biex jiddendlu mal-għonq. Fuqhom għandhom pepprina.
Is-Sur Abela, l-għalliem tagħna, qassmilna bott kull wieħed biex niġbru l-flus mingħand in-nies. Appena nilmħu lil xi ħadd, l-aktar xi raġel, niġru quddiemu u nitolbuh jagħtina xi flus. Ġeneralment, il-bott jibda jimtela bis-sitt ħabbitiet u soldi, iżda kultant qed insib min jixħetli xi tliet soldi skorfina u f’xi każ rari, sikspenz.
Din is-sena l-ajru għadu ma kagħbarniex. M’hawnx xita u fi Triq Irjali, l-Blata l-Bajda, fejn noqgħod man-nanniet; maz-zijiet ta’ ommi u maz-zija Connie, oħt ommi, għadhom jgħaddu xi stranjieri jew nies tan-Navy.
Filgħaxija iz-ziju Fred jew in-nanna Alice jinstabu bejn il-grada u l-antiporta, u jien nippassiġġa tul il-bankina tat-triq tagħna bil-bott f’idi, nitlob xi ħaġa lil kull min jgħaddi.
Fl-aħħar resqin xi stranjieri. Nersaq lejhom, nurihom il-bott u jdaħħlu idejhom fil-but. Wieħed jixħetli żewġ xelini (biċċa waħda) u l-ieħor, tmintax irbiegħi (biċċa waħda wkoll).
Qalbi trid ittir bil-ferħ. Fejn qatt issib Maltin li jixħtulek dan l-ammont ta’ flus. Il-qalb li għamluli dawn it-tnejn, ħeġġewni nkompli ‘nittallab’. Il-bott qed jimtela ġmielu.
L-iskola, waqt il-kolazzjon, li nsejħulu rikreazzjoni, nitkellmu fuq kemm qed niġbru flus. Wieħed minn sħabna, daqxejn fuq tiegħu qed jgħidilna li rnexxielu joħroġ xi flus mill-bott. L-idea ngħoġbot minn ħafna.
Il-ħsieb qed itambar f’moħħi u qed itellifli l-konċentrazzjoni tal-lezzjoni. L-aktar għal dik iż-żewġ xelini u t-tmintax irbiegħi li l-bieraħ niżlu ħelwin ħelwin fil-bott.
Lura d-dar għadni naħseb fuq kif nista’ nagħmel bħal sieħbi tal-iskola u noħroġ il-flus. Dan iżda, la nista’ nagħmlu quddiem iz-ziju Fred u lanqas quddiem in-nanna Alice. Dawn żgur ma jippermettulix nagħmel hekk.
Wara l-lezzjoni tal-Museum, il-ħsieb għal dawk iż-żewġ muniti għadu qawwi. Bil-moħbi ta’ kulħadd qtajtha x’nagħmel. Iz-ziju Fred qiegħed il-kappella tal-Museum u n-nanna mhix se titla’ fuq għalxejn, għax battikata. Għalhekk nieħu s-sikkina t-twila tal-ħobs, nitla’ fuq, u bil-kumdità kollha noħroġ munita munita sa ma nasal għat-tnejn li nixtieq.
Ħerġin bosta sittiet u soldi, iżda l-ħeġġa ma tonqosx. Fl-aħħar, iż-żewġ muniti mixtieqa, ħarġu wkoll. Warrabthom u rġajt daħħalt is-sittiet u s-soldi kollha f’posthom.
Tul il-lejl, l-istorja ta’ Pinocchio u t-tagħlim tal-Museum qed joqrosli l-kuxjenza.
L-għada, fil-bitħa tal-iskola numru ta’ subien qed ngħidu kemm irnexxielna noħorġu flus mill-bott. Ħadd ma semma żewġ xelini jew tmintax irbiegħi. B’hekk qed inħossni ħati u jekk noħodhom, irrid ngħid bihom lis-saċerdot nhar is-Sibt, meta ta’ kull ġimgħa mmur inqerr.
Filgħaxija qed noħroġ iż-żewġ muniti mill-moħba u ndaħħalhom mill-ġdid fil-bott.
Il-bieraħtlula, is-Sibt, meta mort inqerr, għedt lill-qassis bil-ħsieb li kelli. Ħsibtu se jirrabja miegħi. Minflok staqsieni kontx naf għal min ġbart il-flus. Weġibtu li għal dawk li mietu fil-gwerra. Bi tbissima qalli li kieku dawk in-nies baqgħu ħajjin huma minflok, setgħu mietu l-ġenituri tiegħi u jien ma kontx nitwieled. Żied jgħidli li meta xi ħadd jiġbor il-flus għal xi skop, għandu jagħtihom kollha, inkella l-iskop ma jintlaħaqx.
Illum, it-Tnejn, qed ngħid lil sħabi dak li għaddejt minnu. Xi wħud qablu miegħi. Oħrajn iddieħqu bija u qed jgħidu li l-flus li ħarġu se jżommuhom. Forsi dawn mhumiex rikonoxxenti bħali għat-twelid tagħhom. Jew ma jmorrux iqerru. B’żewġ xelini jew tmintax irbiegħi m’iniex se nbigħ jew inġib ħajja. U wara kollox, jien fejn inkun se nibqa’.
Ftit qabel il-Milied ta’ din is-sena, bagħtitni nixtrilha flixkun whisky. Il-qatra tħobbha. Tatni lira u mort għand Toni Balalu. Infaqthielha kollha, għax daqshekk qalli li jiswa dak il-whisky. X’jismu ma niftakarx. Naf biss li fil-qiegħ għandu ħafna frak. Iz-zija taħbi l-flixkun kullimkien, imqar qalb il-ħwejjeġ jew f’xi komodina.
Dalgħodu liebes pulit. Bil-ħwejjeġ tal-Ħadd. Iz-ziju Fred lest ukoll. Se jwassalni l-Belt. Fit-triq noħodlu rasu dwar fejn tinsab il-Qorti. Imxejna biċċa triq sew fi Strada Forni ’l isfel. Bini antik jistenniena. Irġiel bil-mantijiet suwed jippassiġġaw fil-kurituri. Aħna bilwieqfa nistennew quddiem sala bin-numru 9.
William Soler, born in Sliema on 7 December 1946, graduated B.Sc. Eng. and B.A. Arch. at the University of Malta. Practised the architectural profession since 1970 and board member for six years of the Development Control Commission ‘B’ of the Malta Environment and Planning Authority, tutor of architectural design at the University of Malta for several years and keen collector of Melitensia. Published several historical articles in books, academic journals, magazines and newspapers; edited a book Design Guidelines on Fire Safety for Buildings in Malta.
Ma domtx ma tajtu t-tweġiba. Qbadna l-karozza tal-linja mill-Marsa u niftakar li dakinhar, għalkemm dawn il-karozzi spiss jagħmluli d-deni, ma ġrali xejn, għax kont medhi b’din il-kaxxa li se nixtru.
Il-lum qomt ferħan. Xi ġimgħa ilu, iz-ziju Willie u z-zija Fefa kellhom l-ewwel tarbija tagħhom – tifel. Se jagħmlulu l-magħmudija u peress li l-festin li qed jippreparawlu se jagħmluh id-dar tagħhom, fi Triq it-Teatru l-Qadim, iz-ziju Willie jixtieqni nieħu ħsieb il-mużika jien. Dalgħodu, wassluni d-dar għandu, biex irranġajna kollox għar-riċeviment u qegħdin nippustjaw il-kaxxa tad-daqq f’rokna.