minn Charles B. Spiteri
Mara li riedet tirqaq tenfasizza li l-fatt li naqset tal-piż tagħha tafu lis-sistemi Eġizzjani antiki.
Tina Oliver, ta’ 44 sena, li taħdem bħala parrukkiera, tħajret tnaqqas minn piżha wara li qagħdet tikkunsidra ritratt tagħha, tiżen 19-il stone u tilbes ħwejjeg ta’ qies 26.
Dak ir-ritratt, flimkien mat-twissija mit-tabib tagħha li setgħet issir dijabetika jekk tkompli tiekol bl-addoċċ, kienu l-qasba li qasmet dahar il-ġemel. B’hekk investiet b’xi ħaġa li għenitha tnaqqas tmien stones fil-piż u tibda tilbes ħwejjeġ b’qies 9. Dan kollu għamlitu permezz ta’ spaga!
Xtrat dik li jgħidulha Malory Band slimming aid – spaga li tintrabat mal-qadd, li ma tippermettilekx tiekol iżżejjed u li tiqsar kull meta jonqos il-piż – u bdiet timxi mas-Slimming World plan. Tgħid li qabel ippruvat kull dieta immaġinabbli u ma rnexxietx. Iżda b’din is-sistema niżlet għal 19-il stone u mbagħad għal ħdax u l-qisien tal-ħwejjeġ niżlu minn 28 għal qies 10.
Hi żvelat li: “Sa Settembru li għadda, tant kont ħoxna li qajla stajt noqgħod fuq riġlejja u kelli niġġieled miegħi innifsi biex inkompli bix-xogħol tiegħi. Wara li eżaminajt ritratt tiegħi stess quddiem il-pastini… għedt daqshekk!”
F’Ottubru li għadda Tina kellha riżultati mediċi ħżiena u t-tabib qalilha li riedet tara x’tagħmel. Snienha tħassrulha wkoll, mis-snin li għamel tmeċlaq il-ħelu, pastini, takeaways u ċikkulata. Kellha Boby Mass Index ta’ 43. Imbagħad, ħabiba qaltilha fuq il-Malory Band, li l-Eġizzjani kienu jużaw biex inaqqsu qaddhom u jerġgħu għall-forma ta’ qabel it-twelid tat-trabi. Hi speċi ta’ spaga. Tintrabat madwar il-qadd u l-ħin kollu tfakkar lil min jilbisha, joqgħod attent x’jiekol, għax mal-ikel, tissikka.
Tina ppruvata u tgħid li salvatilha ħajjitha. Ġegħlitha tirrealizza wkoll li l-ikel mhux dak li kienet drat taħtaf biex tkompli għaddejja bix-xogħol tagħha.
Illum, li naqset u għandha dehra ferm attraenti, issib nies li jafuha, li jwaqqfuha u jistaqsuha x’għamlet. Qed tħossha ferħana u ferm aktar b’saħħitha. “Dari qajla stajt nimxi u l-mixja tiegħi kienet tkun il-ħarġa bil-kelb. Illum tgħid li tista’ niġri għaxar kilometri bla ma nieqaf u qed nistenna li nieħu sehem fil-Great North Run.”
Mal-bdil f’suritha, Tina bidlet ukoll id-drawwiet tagħha. Issa qed tieħu l-porridge jew muesli għall-kolazzjon, frott, yoghurt u salad għall-ikla ta’ nofisnhar u biċċa tiġieġa u ħaxix, filgħaxija.
Jekk qatt qattajt lejl fi sptar, ġod-dar u titqalleb min-naħa għall-oħra tistenna li jgħaddi l-lejl għax qawwi l-uġigħ kif tara din il-kelma tiksaħ, tibjad u tegħreq !
Imħabbat bix-xogħol, imdejjaq b’ta madwarek u ma għandekx ħin għal saħħtek. Jiġi waqt fejn kollox jinġabar ma’ kollox u tispiċċa l-isptar bl-uġigħ, taf tmut u tibqa’ kiesaħ.
Diġà għaddew sentejn minn meta l-grupp ROOTED tal-Qawra wera l-interess tiegħu sabiex jagħmel xi ħaġa ħalli l-memorja tal-ġenerazzjoni anzjana tal-Qawra ma tintilifx. Fil-fatt, f’Settembru 2011, ROOTED, ippubblika l-ktieb flinkien mad-DVD, From A Rural Haven to a Tourist Paradise, u ppreżentah lill-pubbliku waqt il-festa tal-paroċċa ta’ San Franġisk t’Assisi. Din il-pubblikazzjoni kienet suċċess kbir u ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-pubbliku. Dakinhar, anke permezz tal-aġenzija Ewropea responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ programmi u proġetti – EUPA, rnexxielna nonqxu t-tifkiriet antiki tal-anzjani, li llum uħud minnhom m’għadhomx magħna. B’hekk żammejniehom milli jintilfu darba għal dejjem.
ROOTED ma jippretendix li Il-Qawra Titkellem ma ħalla xejn barra minn dak li wieħed jista’ jgħid jew jikteb dwar il-Qawra. Iżda li hu żgur, hu li fittixna iżjed, u stinkajna kemm flaħna biex din il-ġabra tkun aktar sħiħa. Għalhekk, għal darb’oħra, ROOTED jerġa’ jafda ktieb ieħor f’idejn il-pubbliku għat-tagħrif personali tiegħu, biex jistħarreġ u jixtarr storja ta’ post f’Malta, li għalkemm huwa mfittex ħafna, l-istorja tiegħu ftit li xejn hija magħrufa. Wieħed jittama, li din l-edizzjoni hija iżjed viċin in-nies għaliex hija miktuba bil-Malti u għalhekk għandha tilħaq aktar qarrejja u tqajjem iżjed interess dwar il-Qawra fil-qalb ta’ dawk in-nies li llum isejħulha darhom. Jekk dan il-ktieb iqanqal mistoqsijiet fil-qarrej, ikun laħaq l-għan tiegħu, għaliex kif jgħid il-Malti, “il-mistoqsija hija oħt il-għerf”. Wieħed jifraħ meta jiftakar li kemm From a Rural Haven to a Tourist Paradise u Il-Qawra Titkellem huma frott ta’ mistoqsija li qanqlet lil ROOTED biex jistħarreġ u jiġbor is-sejbiet tiegħu f’dawn il-pubblikazzjonijiet.
Hawn min kelma jobżoqha u wara jgħid x’għamilt b’ilsieni: qed ngħix f’dinja fejn mhux kulħadd iħobbok anzi jobogħdok. Dan ngħidu għax narah b’għajnejja. Għalhekk qabel titkellem staqsi; tibda ħidma jew negozju trid tieqaf, tħares, taħseb u tistaqsi bejnek u bejn ruħek: dawn iriduli l-ġid, jixtiquni nirnexxi, lesti jgħinuni jew ninsab waħdi? Kif twieġeb għal dawn il-mistoqsijiet tista’ tibda x-xogħol.
F’kull belt jew raħal jew irħajjel Malti u Għawdxi ssib statwa meqjusa jew ta’ raġel jew ta’ mara. Aktarx din l-istatwa, jgħożżuha u jdawruha b’deheb u ġawhar u din l-istatwa darba f’sena, jekk ma tkunx xita, toħroġ iddur fit-toroq tal-belt jew raħal jew rħajjel.
Int tikber minn ċkejken sa kbir tara u taħseb x’ġie qablek, x’ġie miegħek u x’ġie warajk. Ġo moħħok jidħol il-ħsieb li dak li ġie qablek rota, sejjieħ, televiżjoni iswed u abjad, razzett, rota ta’ karettun, trepied, żinġla bieqja, buqar u dak li ġie warajk ċellulari, tagħmir tat-tagħrif, karozzi ċkejknin li jidħlu kullimkien.
Jumejn ilu z-ziju Willie ġie ferħan aktar mis-soltu. Qal li xtara karozza mingħand wieħed li jaħdem miegħu; Salvu Attard, mill-Ħamrun. Hi karozza Ford Anglia, magħrufa bħala ta’ molla waħda. Swietu ₤100, u l-lum il-Ħadd se jiġi biha maz-zija Fefa (għal Raffaela) u ma’Lino. Filgħaxija għandu joħroġ lili u lin-nanna wkoll. Għandna mmorru sa Birżebbuġa.