Min jissikka jaqsam: ta’ żagħżugħ kont fuq it-turretta tal-bejt naqra u rajt il-ħbula tal-inxir ta’ ommi merħija u deherli li kelli nissikkahom; hekk għamilt. Xi jumejn wara smajt xegħir u għajjat: kont naf x’ġara. Tlaqt baxx baxx għal mixja u dħalt lura bil-kwiet billejl.
Ir-riħ ġibed il-ħwejjeġ u l-lożor u billi ma kellhomx imlaħlaħ inqatgħu l-ħbula u mar kollox fl-art.
Jekk il-bniedem, int u jien ma tgħallimx jaqta’ jbiddel, ikollu xorta ta’ namra jew gost jispiċċa jitkisser u jitherra. Il-ġisem biex jinbena jrid il-mistrieħ u l-moħħ biex jieħu r-ruħ, irid iderri.
Għandek jew m’għandekx fiex tedha, ġnien, qasrija, kotba, logħob, mixi, taħdit, żjarat, safar, ma tistax tibqa’ għaddej għax teħtieġ il-bidla, il-frisk u n-nifs il-ġdid, iċ-ċaqliq. Jekk dan tafu u twettqu qiegħed sew imma jekk qed issir taf bih issa tħajjar iċċaqlaq, agħmel ħidma mhux tas-soltu.
Ħafna semgħu u waslu u laħqu fejn ħaddieħor anqas biss xamm u xħin tgħarbel ħajjithom issib li kienu jafu jqassmu.
It-tqassim iġib il-ġid u s-saħħa għax il-ġid tajjeb iwaqqaf u jkabbar. Għaliex taħseb fil-qedem in-nies kellhom il-villaġġatura; minn ta’ kuljum titlaq għal tas-sajf għax b’dak iċ-ċaqliq il-bniedem ma jimradx.
Għaliex iċ-ċajt għax mis-serjeta tidħol fit-tbissim u ta’ kuljum jiġi ġdid, ħelu, gustuż u pulit. Nhedha għax tibqa’ ċass.
Fil-gżejjer Maltin: Malta, Għawdex, Kemmuna, Kemmunetta, Filfla u l-Gżira ta’ Manwel issibhom ’l hemm u ’l hawn fit-toroq, fil-ġnub, fil-kantunieri, mal-ħitan tal-knisja jew każini, monumenti ta’ ġrajjiet u nies kollha b’xi kitba. Għall-bidu jkun hemm il-ħerqa, l-ħeġġa, l-ġbir tal-flus, it-twaqqif tal-monument, xi fjuri u mbagħad maż-żmien kollox jindera u jintesa jekk ukoll ma jsirx it-tiġrif.
Kull mafkar għandu storja u għalhekk sar hemm għal xi raġuni. Jekk Sindku ma jinteressax ruħu u jiġbor fil-kitba l-monumenti bir-ritratt u l-kitba tibqa’ l-ġebla u tispiċċa r-ruħ tal-ħidma tal-ġrajja.
Jekk is-Sindki jingħaqdu u jinġabru t-tifkiriet tal-monumenti u l-kitbiet tagħhom, il-qarrej jista’ jaqrahom fil-kwiet ta’ daru u jfittixhom u jsibhom u japprezzahom.
Jekk ma jkunx hemm nisġa ta’ ħsieb u kitba, l-ġrajja tar-raħal u belt tintilef u n-nies li ħadmu u stinkaw biex taw ġieħ il-ġens jibqgħu jindifnu fil-mixja taż-żmien.
Tkun żgħir u żagħżugħ mhux lakemm jinteressawk ta’ qablek. Meta jidħol iż-żmien taħsibha mod ieħor, ħerba mhux biss meta jinqerdu d-djar bil-bombi u jmutu nies bl-għargħar; ħerba hi wkoll meta timxi bla ruħ qalb nies qalbiena ta qablek li ħasbu għalik biex tgħix ħieles, u hekk għallinqas kun af bihom. Jekk is-Sindku mħabbat -ibda x-xogħol int !
Sabiħ itektek għaddej bil-waqt magħdud. Qatt ma jieqaf, qatt ma jxellef bħal moħriet jiftaħ il-qlub. Jekk qatt taħseb li tirbaħlu jew tmejlu u tbattih, ħażin jgħarralek għax saħħtu ma tmur qatt.
Int torqod u tqum, taħdem u tistrieħ, tiekol, tlablab, titlewwem u tgħaddi ż-żmien sabiħ imma hu bla nifs itektek jiġbor kull sekonda bla ma jieqaf, bla jistrieħ. Xi darba għalik jieqaf meta inti ma tibqax imma għall-oħrajn jibqa’ jaqdef fuq ħalel minn dawk il-kbar.
Mhux aħjar titgħallem tqassam u tifraħ li hemm il-ħin, mhux aħjar iżżur il-ġonna u tqatta’ l-ħin mal-maħbubin. Għax għad tħares barra u tgħid kemm stajt għext aħjar, ħabbejt lil min ħabni u ħallejt id-dinja aħjar.
Bil-għaġla u bil-fixla ibda ħidma ma toħroġ sew. Aħjar bil-mod u sewwa u tasal fejn tixtieq qawwi u sħiħ. Jekk titgħallem tiekol tajjeb u ttiegħem bil-galbu u sew ikollok is-saħħa u l-mard ibewweġ tassew.
Tħallix l-arloġġ imexxi; se jibqa’ jdur, agħraf kif tgħix ħajtek ta’ kuljum, strieħ, aħdem, ħobb kif tista’ biex meta l-aħħar tokk idoqq, int tgħid għall-erwieħ kollox għamilt, issa nista’ mmur bil-kwiet. Saħħa arloġġ; għext ħajti !
Inti u jien u oħrajn nidraw; ġrajjiet jieħdu sura, xebħ u maż-żmien jintesew jew il-moħħ jibda jerħi jew jidħlu tibdiliet f’qalbna u kollox joqgħod, nies imutu, oħrajn jitwieldu, uħud jiżżewġu, l-ħafna jinfirdu u dawn huma l-aħbarijiet miktubin jew mtennin. Iżda ġrajja li tmiss lilna u ġġelġilna hu l-waħx; vojt; battal li jaħkimna u jiżmaga l-ġogi ta’ moħħna.
Hawn min jibża’ mill-wirdien, oħrajn mill-ġrieden, oħrajn mil-lejl, oħrajn mil-ċimiterji, uħud mill-eżamijiet, mill-mewt, mill-isptar, mix-xjuħija, mill-qerq jew li jibdlek: ma jibqax iħobb lilek jew li tispiċċa bla flus jew f’ilsien in-nies. Il-waħx jaqbdek mingħajr ma taf kif u m’għandekx ħakma fuqu.
L-ewwel ma trid tagħmel hu li tibda tidħol bil-mod il mod fit-taħbila ta’ qalbek u tara bil-għajnuna ta’ mħarreġ x’tostor il-moħba ta’ qalbek: ħolm it-tfulija, tiġrib ta’ tbatija, uġigħ mistur.
Jekk ikollok ħbiberija aħħarija bniedem, bniedma li tista’ tferra’ miegħu jew magħha, tintebaħ li int u ssensel ħsibijietek jibdew itiru d-dellijiet u li iħirsu tibda ssaffa il-qalb u dak il-waħx li kien jitilfek minn sensieq issa dab, ma’ baqax. Għax waħx hu meta ma tafx fejn se taqbad tagħti rasek, meta ċ-ċappetti ta’ ħajtek, flus, imħabba, ħsieb, saħħa, kumdità jibdew iċedu. Imma jekk tbiddel ħajtek minn ġewwa kuljum ebda waħx ma jaħkmek.
Mara li riedet tirqaq tenfasizza li l-fatt li naqset tal-piż tagħha tafu lis-sistemi Eġizzjani antiki.
Tina Oliver, ta’ 44 sena, li taħdem bħala parrukkiera, tħajret tnaqqas minn piżha wara li qagħdet tikkunsidra ritratt tagħha, tiżen 19-il stone u tilbes ħwejjeg ta’ qies 26.
Dak ir-ritratt, flimkien mat-twissija mit-tabib tagħha li setgħet issir dijabetika jekk tkompli tiekol bl-addoċċ, kienu l-qasba li qasmet dahar il-ġemel. B’hekk investiet b’xi ħaġa li għenitha tnaqqas tmien stones fil-piż u tibda tilbes ħwejjeġ b’qies 9. Dan kollu għamlitu permezz ta’ spaga!
Xtrat dik li jgħidulha Malory Band slimming aid – spaga li tintrabat mal-qadd, li ma tippermettilekx tiekol iżżejjed u li tiqsar kull meta jonqos il-piż – u bdiet timxi mas-Slimming World plan. Tgħid li qabel ippruvat kull dieta immaġinabbli u ma rnexxietx. Iżda b’din is-sistema niżlet għal 19-il stone u mbagħad għal ħdax u l-qisien tal-ħwejjeġ niżlu minn 28 għal qies 10.
Hi żvelat li: “Sa Settembru li għadda, tant kont ħoxna li qajla stajt noqgħod fuq riġlejja u kelli niġġieled miegħi innifsi biex inkompli bix-xogħol tiegħi. Wara li eżaminajt ritratt tiegħi stess quddiem il-pastini… għedt daqshekk!”
F’Ottubru li għadda Tina kellha riżultati mediċi ħżiena u t-tabib qalilha li riedet tara x’tagħmel. Snienha tħassrulha wkoll, mis-snin li għamel tmeċlaq il-ħelu, pastini, takeaways u ċikkulata. Kellha Boby Mass Index ta’ 43. Imbagħad, ħabiba qaltilha fuq il-Malory Band, li l-Eġizzjani kienu jużaw biex inaqqsu qaddhom u jerġgħu għall-forma ta’ qabel it-twelid tat-trabi. Hi speċi ta’ spaga. Tintrabat madwar il-qadd u l-ħin kollu tfakkar lil min jilbisha, joqgħod attent x’jiekol, għax mal-ikel, tissikka. Tina ppruvata u tgħid li salvatilha ħajjitha. Ġegħlitha tirrealizza wkoll li l-ikel mhux dak li kienet drat taħtaf biex tkompli għaddejja bix-xogħol tagħha.
Illum, li naqset u għandha dehra ferm attraenti, issib nies li jafuha, li jwaqqfuha u jistaqsuha x’għamlet. Qed tħossha ferħana u ferm aktar b’saħħitha. “Dari qajla stajt nimxi u l-mixja tiegħi kienet tkun il-ħarġa bil-kelb. Illum tgħid li tista’ niġri għaxar kilometri bla ma nieqaf u qed nistenna li nieħu sehem fil-Great North Run.”
Mal-bdil f’suritha, Tina bidlet ukoll id-drawwiet tagħha. Issa qed tieħu l-porridge jew muesli għall-kolazzjon, frott, yoghurt u salad għall-ikla ta’ nofisnhar u biċċa tiġieġa u ħaxix, filgħaxija.
Once upon a time, in a fresh water pond in the Blue Mountains, lived a handsome blue dragonfly with shimmering delicate silver wings. The dragonfly loved nothing more than flying and hovering round the pond.
One fine day as he was flying a bee stinger touched his wings, and tore them! As he flew down, his wings fell off. The poor dragonfly was shocked and felt lost without his wings. What could he do?
A friendly bumble bee that happened to be buzzing happily about saw the incident. He flew next to the poor dragonfly. ” We must do something. ” buzzed the bumble bee. ” But what ? ” asked Ulysses, the Blue Mountain butterfly, flapping his romantic powdery blue black trimmed wings. ” But what ?” Asked the worried bumble bee. “Let us ask the powerful Wise Owl. ” advised the quiet red rose lady bird. ” What about Dragonfly ? ” asked the worried bumble bee. “We cannot leave him alone, there are far too many predators in the forest. He cannot fly.” Said the clever lady bird. “I ll stay with him and protect him.” Said the brave Ulysses. “Come on let us go in search of the Powerful Wise Owl, we are wasting far too much precious time.” Observed the lady bird.
The powerful wise old owl was always perched in the top branches of the sparkling blue green eucalyptus tree, with the koalas. So the two mini beasts, lady bird and bumble bee went in search of the owl. They spotted him on the eucalyptus tree. They told the owl of the poor dragonfly ‘s accident. The wise owl listened very carefully. He suggested that they use fish scales to repair the wings. There were no fish left though in the river as the enormous crocodile had eaten them all. Owl had to think of another solution. He thought and thought. After a while he opened his sharp beak…. “Make a wish on a wishing tree leaf” he whispered.
The worried bumble bee and the puzzled lady bird wondered where the wishing tree could be found , and if it really existed. They had heard about it , but they believed it was just a myth.
The owl opened his beak once again.” You shall find the wishing tree in the heart of the forest , next to the tallest bamboo trees. It is guarded by two smart monkeys wearing camouflaged uniforms.”
The bumble bee and lady bird were lost, as they did not have a clue where the bamboo trees where. The powerful wise owl who also happened to be very kind decided to help them. He offered to fly them on his beautiful sleek back. It was a thrilling ride for our two little friends, who up till now had never really left the blueberry patch in the forest.
All of a sudden, lady bird spotted the tall bamboo trees. Next to the bamboo trees were a pair of red howler monkeys in camouflaged uniforms and blue polished shiny boots.
Behind the monkey guards stood a transparent glasshouse with its door panes covered in glow worms. It was truly a magnificent sight.
The owl asked the monkeys to let them in. He told them the whole story of the poor dragonfly. One of The howler monkeys who was wearing a pair of camouflaged glasses asked them for the magic password. The wise old owl knew it and whispered ” Cauliflower bower power!” The glass wearing monkey took them inside the glasshouse.
Inside was a truly magnificent sight! The magical wishing tree. It had silver trunk and branches, laden with golden lavender scented leaves. The bottom of its trunk was covered in glow worms humming Christmas carols accompanied by a centipede on the piano!
As they stood there a gentle breeze blew a golden leaf that fell onto ladybird’s red spotted back. She quickly opened her wings to trap the leaf and carry it safely to the dragonfly. The three friends knew it was time to head home. So they thanked the howler monkeys for their help. They knew they will remember this special place forever! The two joyful minibeasts hopped on owl’s fluffy back and they flew back to the pond. As they arrived they found dragonfly with Ulysses the mountain butterfly.
Ladybird unfolded her wings and the beautiful scented wishing tree leaf flew onto dragonfly ‘s pure blue bare back. He made a wish as the owl told him. Right away a new set of silver tessellated lavender smelling wings formed on his back! They were strong and healthy for him to keep forever! That is the story of how the dragonfly became known as one of the fastest flying insects on Earth.
Il-Palazz Istana Nurul Iman hu r-residenza uffiċjali ta’ Hassanal Bolkiah, is-Sultan tal-Brunej. Il-Palazz jinsab mibni qalb għoljiet imdawra bil-weraq u ħdura qrib ix-xmara tal-Brunej, mhux aktar minn ftit mili ’l barra miċ-ċentru tal-belt. L-isem li ngħata hu Il-Palazz tad-Dawl u l-Fidi.
Hu l-akbar palazz residenzjali fid-dinja u l-akbar residenza ta’ kull tip. Kien disinjat mill-artist nazzjonali tal-Filippini għall-arkitettura, Leondro V. Locsin u minbi mid-ditta Ayala International tal-Filippini.
Għalkemm il-palazz hu moħbi mill-għajnejn tal-pubbliku permezz ta’ landscaping artistiku, il-veduti tiegħu miġbudin minn programmi satellitari bħal Google Earth. Kisbu l-għarfien pubbliku li sar jaf ukoll bit-tqassim tal-palazz. Dawn l-immaġini wrew ukoll żewġ binjiet kbar fiċ-ċentru tal-palazz u ħamsa oħra iżgħar fil-ġnub u qrib iċ-ċentru tal-palazz.
Arja kundizzjonata għaż-żwiemel
Istana Nurul Iman fih 1,788 kamra, 257 kamra tal-banju u hu mibni fuq 2,152,782 pied kwadru ta’ art (200,000m kwadru). L-amenitajiet jinkludu ħames pixxini, stalla b’arja kundizzjonata għall-200 żiemel tal-polo tas-Sultan, garaxx li jesa’ 110 karozzi, sala tal-festini li tesa’ 4,000 mistieden u moskea li tilqa’ fiha 1,500 ruħ.
Il-palazz inbena fl-1984 u sewa madwar 1.4 biljun dollaru. Fih ukoll 564 linfa, 51,000 bozza, 44 indana ta’ turġien u 18-il lift. Hu wkoll id-dar għall-kollezzjoni ta’ karozzi tat-tip Ferrari, Bentley u 165 Rolls Royce. Il-Wikipedia ssemmi li s-Sultan għandu 531 karozza tat-tip Mercedes Benz; 367 Ferrari; 362 Bentley; 185 BMW; 177 Jaguar; 160 Porche; 130 Rolls-Royce u 20 Lamborgini. B’kollox għandu 1,932 karozza.
Il-kampnari li fih il-palazz, disinjati wkoll minn Leandro V. Locsin innifsu għandhom soqfa troll, li jidwu l-influwenzi arkitettoniċi Islamiċi u Malay.
Il-palazz jintuża għall-funzjonijiet kollha statali. Iservi wkoll kemm bħala s-sede tal-gvern tal-Brunej, kif ukoll bħala l-uffiċċju tal-Prim Ministru. Flimkien mal-Kmamar tal-Udjenza u dawk Statali, hemm is-Sala tat-Tron, li tintuża għal okkażjonijiet varji, bħalma hi l-proklamazzjoni tal-Prinċep Eredi u għall-Investitura annwali.
Ftuħ għall-pubbliku
Il-palazz ma jinfetaħx għall-pubbliku ħlief għaċ-ċelebrazzjoni Islamika annwali ta’ Hari Raya Idulfitri (il-festival fi tmiem ix-xahar tas-sawm Musulman) meta fil-palazz jaslu madwar 110,000 viżitatur fi tlett ijiem, li jingħataw kumplimenti bħal ikel talli żaru l-post, kif ukoll pakketti ħodor ċkejknin bi flus għat-tfal żgħar. Il-palazz jinfetaħ ukoll għall-Musulmani matul il-perijodu tar-Ramadhan, li jtul għal għaxart ijiem u dan biex isir it-talb.
Primarjament, il-palazz jintuża bħala residenza, waqt li f’ħafna palazzi Ewropej, il-parti l-kbira tal-ispazju tintuża għal skopijiet amministrattivi u statali bħal fil-każ tal-Palazz ta’ Buckingham. Minħabba f’hekk, bi spazju ta’ 828,818 pied kwadru (77,000 metru kwadru) il-Palazz Buckingham għandu t-titlu tal-ikbar palazz irjali fid-dinja li jintuża għall-ħidma.
Mantnut mill-flus taż-żejt
Il-Palazz tas-Sultan tal-Brunej jinżamm fl-istat li hu u hu sostnut mill-flus ġenerati miż-żejt tal-pajjiż, kif huma l-istrutturi kollha kbar fil-pajjiż. Il-Brunej tant hu sinjur li minkejja li l-poplu ma jistgħux jivvutaw, huma ma jħallsux taxxa u l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa huma mingħajr ħlas. Barra minn dan, kulħadd jirċievi pensjoni u l-paga minima nazzjonali hi l-ogħla waħda fix-Xlokk tal-Asja.
Bċejjeċ żgħar tal-fuħħar, misjuba f’Iżrael modern, qed jitfgħu dawl ġdid fuq l-abitanti Bibliċi tagħha u jafu jwasslu biex kulħadd jemmen li r-renji tar-Re Salamun u r-Re David, tabilħaqq seħħew.
L-iskrizzjoni Ophel, tas-seklu 10 qabel Kristu nstabet taħt l-art is-sena li għaddiet u għall-bidu x-xjenzjati tħassbu bil-lingwa biżarra li kien hemm imnaqqxa fuq il-fdal ta’ buqar.
Madankollu l-espert ewlieni Dr Douglas Petrovich jemmen li l-ilsien hu wieħed Ebrajk primittiv, li jfisser li l-Iżraeliti tal-qedem kienu jiktbu l-istorja eżatt, ferm qabel ma kien maħsub s’issa.
Meta oriġinarjament instabet l-iskrizzjoni, f’Diċembru tal-2012, l-esperti mill-ewwel ħasbu li kien xi forma tal-lingwa ta’ Canaan. Dawn kienu nies Bibliċi li għexu f’dik li llum hi Iżrael il-moderna. Iżda Dr Petrovich, espert fl-istudji bibliċi u l-istorja tal-Lvant qal li dan il-ħsieb ma jreġix, u li l-lingwa misterjuża, hi fil-fatt l-eqdem u l-aktar forma oriġinali tal-ilsien Ebrajk – b’mod li juri li l-Iżraeliti tal-qedem kienu f’Ġerusalemm ferm qabel ma hu maħsub.
Hu jsostni wkoll li l-kelliema Ebrajki kienu jikkontrollaw Ġerusalemm fis-seklu 10 qabel Kristu, li skont il-kronoloġija kien fi żmien David u Salamun. Kienu min kienu, kienu jiktbu bl-Ebrajk, qishom kienu s-sidien tal-post.
Jekk dak li qed jgħid Dr Petrovich hu korrett, jaf juri b’mod ċar l-eżattezza tat-Testment il-Qadim, u li l-Iżraeliti tal-qedem kienu qed jiktbu l-istorja kif kif seħħet tabilħaqq. Jirriżulta wkoll f’differenzi kbar, meta l-istejjer bibliċi nkitbu mill-ġdid mijiet ta’ snin wara. Jiġifieri li t-Testment il-Qadim hu rakkont ta’ dak kollu storiku u kif tabilħaqq ġraw l-affarijiet.
Kif mistenni, l-istqarrjiiet ta’ Dr Petrovich qed iqanqlu l-kontroversja fost il-komunità arkeoloġika.
Id-dar numru 10 f’Downing Street hi r-residenza u l-uffiċċju tal-First Lord tat-Teżor u Prim Ministru tal-Gran Brittanja. Il-kwartieri tal-Gvern tal-Maestà tagħha jinsabu f’Downing Street, fil-Belt ta’ Westminster, f’Londra. Number 10, hi spiss riferuta bħala l-aktar indirizz famuż f’Londra u waħda mill-aktar djar magħrufin fid-dinja. Hi d-dar tal-Prim Ministru u l-post tax-xogħol tiegħu, b’uffiċċji għas-segretarji, assistenti u kunsilliera. Hemm ukoll swali għall-konferenzi u swali għall-pranzi, fejn il-Prim Ministru jilqa’ u jospita mexxejja oħra u dinjitarji barranin. Il-bini jinsab qrib il-Palazz Westminster, il-Parlament u l-Palazz Buckingham, ir-residenza uffiċjali tar-Reġina Eliżabetta II f’Londra.
Oriġinarjament, Number 10 kienet tlett idjar. Fl-1732, ir-Re Ġorġ II offriehom lil Sir Robert Walpole, li aċċettahom bil-kundizzjoni li jservu bħala uffiċċju tal-First Lord tat-Teżor, aktar milli għalih personali. Walpole min-naħa tiegħu qabbad lil William Kent biex jgħaqqadhom flimkien. B’hekk 10 Downing Street saret din id-dar kbira li hi magħrufa llum. Il-ftehim li sar minn Sir Robert Walpole ma kellux is-suċċess mixtieq minnufih. Minkejja l-qies u l-lokazzjoni konvenjenti, għax qrib il-Parlament, ftit kienu l-Prim Ministri tal-bidu li marru jgħixu hemm.
Madankollu, Number 10 baqgħet marbuta ma’ ħafna mexxejja u ġrajjiet kbar fl-istorja Ingliża. Fl-1985, il-Prim Ministru Margaret Thatcher kienet qalet li Number 10 kienet saret “waħda mill-aktar ġojjelli prezzjużi fil-wirt nazzjonali.”
L-oriġinali
Kif għedna, Number 10, Downing Street, oriġinarjament kienet tifforma tlett idjar; bini li jħares fuq St. James’s Park (imsejħa d-dar fuq wara), townhouse warajha f’numru 10 Downing Street u dar ċkejkna tmiss magħha. It-townhouse, mnejn il-bini modern ħa ismu, kien wieħed mill-ħafna mibnijin minn Sir George Downing, bejn l-1682 u l-1684. Id-dar li kienet fuq wara kienet l-ikbar mit-tlieta. Inbniet għall-ħabta tal-1530 maġenb il-Palazz Whitehall. Mibnija mill-ġdid, imkabbra u rinnovata kemm-il darba, hi wkoll kienet parti minn diversi binjiet li kienu jiffurmaw il-Cockpit Lodgings – imsemmija hekk għax kienu mibnija forma ta’ ottagonu u kienu jservu bħala l-post fejn iġelldu s-sriedak. Fil-bidu ts-seklu sbatax, il-Cockpit inbidlet f’sala tal-kunċerti u teatru; wara r-rivoluzzjoni li fiha tajru lir-Re James II, xi laqgħat tal-bidu tal-Kabinett kienu jsiru fiha b’mod sigriet. Għal ħafna snin, id-‘dar fuq wara’ kienet id-dar tal-għassies tal-Palazz Whitehall, Thomas Knevett, li baqa’ magħruf għall-qbid ta’ Guy Fawkes fl-1605, u li sfaxxa l-pjan għall-assassinju ta’ James I. Is-sena ta’ qabel, Knevett kien fid-dar tal-maġenb, kważi kważi fejn illum hemm in-Number 10.
Residenti fid-dar
Minn dak iż-żmien, membri tal-familja rjali u tal-gvern kienu jgħixu ‘fid-dar ta’ wara’. Il-Prinċipessa Eliżabetta għexet hemm mill-1604 sal-1613, meta żżewġet lil Frederick V, Elector Palatine u marret tgħix Hanover. Saret in-nanna ta’ George, l-Elector ta’ Hanover, li sar Re tal-Ingilterra fl-1714, u l-bużnanna tar-Re George II, li ppreżenta d-dar lil Walpole fl-1732. George Monck, l-ewwel Duka ta’ Albemarle, il-ġeneral responsabbli għar-restawr tal-monarkija, għex hemm mill-1660 sa ma miet fl-1671. Bħala kap tal-Kummissjoni tat-Teżor tal-167 – 1672, Albemarle ittrasforma l-metodi tal-ikkuntjar u ppermetta aktar kontroll fl-infiq tal-Kuruna. Aktarx li dan it-tibdil kien sar mis-Segretarju tiegħu, Sir George Downing, li wara bena Downing Street. Wara George Monck għexu fl-istess dar George Villiers, it-tieni Duka ta’ Buckingham; Lady Charlotte Fitzroy, bint Karlu II; Hendrik van Nassau-Ouwerker, (ġeneral Olandiż) u Johann Caspar von Bothmer. Meta dan miet, id-‘dar ta’ wara’ ngħatat mill-ġdid lill-Kuruna, fejn George II ħa l-opportunità li jagħtiha lil Sir Robert Walpole, li jirreferu għalih bħala l-ewwel Prim Ministru. Din ingħatatlu bħala rigal għas-servizzi tiegħu lin-nazzjon. Fl-istess waqt u b’koinċidenza, ir-Re kiseb iċ-ċnus ta’ żewġ proprjetajiet oħra f’Downing Street, fosthom Number 10, u żiedhom mar-rigal tiegħu li ta lil Walpole. Il-bini tal-għaqid tat-tliet binjiet flimkien ħa tliet snin. Fit-23 ta’ Settembru, 1735, il-London Daily Post ħabbar li “Il-bieraħ, l-Eċċellenza Sir Robert Walpole, mas-Sinjura u l-familja tiegħu ħarġu mid-dar tagħhom fi Pjazza St James biex marru fid-dar li tmiss magħha.” Din id-dar kellha 60 kamra, b’art tal-injam u l-irħam, kolonnar eleganti, fuklari tal-irħam ukoll u veduti mill-isbaħ tal-Park St. James.
L-akbar kamra
Waħda mill-akbar kmamar kienet l-uffiċċju, f’qies ta’ 40 pied b’20, bi twieqi enormi fuq l-istess park. Aktar tard, dan l-uffiċċju kellu jservi bħala l-kamra tal-Kabinett, fejn il-Prim Ministri jiltaqgħu mal-Ministri tal-Kabinett. F’din il-kamra kbira, kulma hemm hu inkwatru wieħed – pittura ta’ Walpole, li tinsab fuq il-fuklar u wara s-siġġu tal-Prim Ministru. Il-ħlas li sar biex kien konvertit l-uffiċċju mhux magħruf. Oriġinarjament kien stmat li jiswa £8,000 iżda finalment, qabeż l-£20,000.
Illum il-ġurnata, fin-Number 10 hemm tliet swali magħrufa bħala li State Drawing rooms. Dawn huma l-Pillared Room, it-Terracotta Room u l-White Drawing Room. L-ikbar hi l-Pillared Room, li hu maħsub li saret fl-1796 mill-perit Robert Taylor. Fiha 37 pied (11-il metru) tul bi 28 pied (8.5m) wisa’. Ħadet isimha mill-kolonni ioniċi li fiha. Tapit Persjan jiksi l-art kollha. F’ħafna okkażjonijiet tal-istat, il-mistednin jintlaqgħu f’din is-sala qabel ma jiddaħħlu fis-Sala Statali tal-Pranzu. Peress li ħafna drabi din is-sala tintuża għar-riċevimenti, il-Pillared Room hi mgħammra biss bi ftit siġġijiet u sufanijiet mal-ħitan. Wara l-attakk bil-bombi tal-1991, żdiedet is-sigurtà man-Number 10. Saru barrikati elettroniċi li ma jħallux lil min jidħol bl-addoċċ u xħin irid u li permezz tagħhom anki l-barranin jistgħu jaraw ir-residenza tal-Prim Ministru mill-bogħod.
George Downing
Iżda min kien dan l-imbierek George Downing? Downing kien spjun notorju għal Oliver Cromwell u wara, għar-Re Karlu II. Downing kien il-bniedem li investa fil-bini u akkwista flus kbar. Fl-1654, akkwista ċ-ċens tal-art fin-Nofsinhar ta’ St. James Park, li tmiss mad-dar ta’ wara, li kienet passi bogħod mill-bini tal-Parlament. Hu kien ippjana li jibni ringiela ta’ townhouses disinjati għan-nies tat-tajjeb, biex jgħixu fihom. It-triq fejn bena dawn id-djar, ilum iġġib ismu u l-akbar dar saret magħrufa bħala Number 10, Downing Street. Probabbilment, Downing qatt ma għex fit-townhouses tiegħu. Fl-1675, hu rtira Cambridge, fejn miet wara ftit xhur li lesta l-bini. Illum il-ġurnata, pittura ta’ Sir George Downing tinsab imdendla fl-intrata tal-foyer fid-dar moderna 10 Downing Street.
L-intrata tal-Prim Ministru Ingliż
Is-salott f’10, Downing Street
L-indani tat-taraġ fid-dar uffiċjali tal-Prim Ministru Ingliż
Rokna mil-librerija li llum isservi għal Gordon Brown
Il-kamra tas-sodda fir-residenza 10, Dowing Street
Il-kamra tal-banju
Pittura tal-Prim Ministru Gladstone, jiltaqa’ mal-Kabinett, fil-Kamra tal-Kabinett fl-1868