
Il-Palazz fuq stil Barokk ta’ Venaria Reale, inbena mid-dinastija Savoia ’il barra mill-belt ta’ Turin matul is-sekli 17 u 18. Meta Emmanuele- Filiberto, Duka ta’ Savoia, mexxa ’l-kapitali lejn Turin, fl-1562, beda sensiela vasta ta’ proġetti. Din il-ħidma tkompliet mis-suċċessuri tiegħu, biex juru l-kobor u l-qawwa tagħhom fit-tmexxija.
Fl-1659 sar il-proġett grandjuż tad-Duka Carlo Emanuele II, li bena post fiss għall-kaċċa, biex permezz tar-ritwali tal-kaċċa, ikun jista’ jiċċelebra l-kobor tad-Dukat. Għalhekk bena dan il-Palazz b’ħidma tant delikata li tqies bħala l-kuruna tal-kapitali Turin. Ix-xogħol f’Castellamonte, li beda fl-1659 intemm fl-1657 u kien jikkonsisti f’Villaġġ, il-Palazz Irjali u l-Ġonna. Dan kollu kien jestendi fuq art, f’qies ta’ madwar żewġ kilometri.
Sala Diana

F’nofs il-Villaġġ saret pjazza kwadra. Il-Palazz Irjali jinkludi żewġ ġonna u fin-nofs hemm is-Sala kbira dedikata lil Diana. Lejn in-Nofsinhar hemm l-istalel u l-kennels tal-klieb, waqt li fin-naħa tal-Punent hemm l-orangerie. Quddiem il-Villaġġ, tinsab il-Kappella ta’ Santu Rokku.
Il-qirda f’xi partijiet tal-palazz, kawżata mit-truppi Franċiżi ta’ Catinat fl-1693, kienet ir-raġuni għall-bidu ta’ proġett ġdid ta’ restawr (1699-1713). Fil-proġett tiegħu, Michelangelo Garove esprima r-referenza ġdida tal-Qorti ta’ Vittorio Amedeo II : Versailles. Iżda l-parti t’isfel biss tlestiet skont il-proġett ta’ dan l-arkitett. Il-parti ta’ fuq baqgħet kif kienet, minħabba l-mewt għal għarrieda ta’ Garove fl-1713.
Fl-1716, is-sit kien assenjat lil Filippo Juvarra. Hu ħadem fuq numru ta’ elementi prinċipali tal-bini: l-irranġar tal-bini użat għall-kaċċa, il-bini tal-Kappella Rjali u ħoloq ġnien wieħed quddiem il-Villaġġ.
Kappella San Uberto

Biex aktar joħroġ il-kobor ta’ dan l-ispazju, Juvarra għolla l-gallerija u fetaħ twieqi kbar. Ix-xogħol tiegħu kompla bejn l-1717 u l-1722, bit-tlestija tal-Kappella dedikata lil San Uberto. Il-bini ssejjaħ ‘L-Istalla l-Kbira’ jew ‘Orangerie’.
Il-Palazz kien ħa daqqa ta’ ħarta fis-seklu 19 meta ntuża bħala barracks, iżda minngħaxar snin ’l hawn saret ħidma biex terġa’ ġġibu fl-istat oriġinali. Dan ix-xogħol sewa 284 miljun dollaru Amerikan. Kien xogħol li kopra 200 acre ta’ ġonna u 860,000 pied kwadru ta’ padiljuni mimlijin bi stuccos u pittura.
L-inizjattiva sabet l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea u twettqet mill-Ministeru tal-Wirt Kulturali u r-Reġjun ta’ Piemonte. Bħala proġett tqies bl-iktar wieħed importanti fir-riabilitazzjoni tal-assi kulturali fl-Ewropa.
B’kollox, il-bini monumentali għandu firxa ta’ 80,000 metru kwadru, bid-diversi estensjonijiet li saru, u jinkludu uħud mill-aqwa espressjonijiet tal-Barokk Ewropew: is-Sala l-kbira ta’ Diana, kapolavur tas-seklu 17 minnAmedeo di Castellamonte; il-Galleria Grande; il-Knisja, is-Serra taċ-?itru u l-Kumpless Prinċipali tal-Istalel, mibnija fis-seklu 18 mill-ġenju Filippo Juvarra.
Kumpless enormi

Meta wieħed jaraha mill-ajru, ir-Reggia di Venaria tinfirex f’kumpless sħiħ ta’ bini u parki ta’ 950,000 metru kwadru. Fiha ġnien ta’ 80 ettaru (wieħed mill-ikbar fl-Italja), il-Pixkerija l-Kbira, xmara artifiċjali li tesa’ ħdax il-miljun litru ta’ ilma, iċ-ċentru tal-belt storika, il-Borgo Castello u l-Cascina Rubbianetta, f’dominju fejn hemm siġar u kastelli li joħorġu mill-ħdura ta’ La Mandria park, li jinfirex fuq aktar minn6,000 ettaru.
Il-mużew li qed isir, qed ikun disinjat għall-okkażjoni li hi ippjanata għall-2011, li hi l-150 anniversarju mill-unifikazzjoni tal-Italja.




minn Charles B. Spiteri
This publication by the Foundation for Theological Studies, Malta, includes two studies written with great passion and expertise. Both are focused on the Holy Eucharist; one is by Revd Dr Hector Scerri, Director of the Theological Studies Foundation and Head of the Department of Dogmatic Theology at the University of Malta, the other is by Dr Joe Zammit Ciantar (a retired Senior Lecturer with the University of Malta).












IL-ĠIMGĦA fiha sebat ijiem. Kull jum tal-ġimgħa f’xi raħal jew xi belt f’Malta issib li hemm il-Monti: bejjiegħa li jarmaw kmieni filgħodu u jbigħu u jaqilgħu u wara tant sigħat iżarmaw u jdabbru rashom.
minn Charles B. Spiteri
L-artist hu l-minjaturist Nikolai Aldunin, ta’ 56 sena, li jagħmel dan ix-xogħol, biex skont hu jittestja kemm idejh għadhom sodi. Hu jwettaq l-arti tiegħu fl-appartament li għandu f’Moska. L-artiġjanat tiegħu tant hu ċkejken li jagħmel użu minn mikroskopju li għandu 28 sena, u l-għodod li juża jinkludu s-superglue, siringi u toothpicks.


Inti u jien u oħrajn nidraw; ġrajjiet jieħdu sura, xebħ u maż-żmien jintesew jew il-moħħ jibda jerħi jew jidħlu tibdiliet f’qalbna u kollox joqgħod, nies imutu, oħrajn jitwieldu, uħud jiżżewġu, l-ħafna jinfirdu u dawn huma l-aħbarijiet miktubin jew mtennin. Iżda ġrajja li tmiss lilna u ġġelġilna hu l-waħx; vojt; battal li jaħkimna u jiżmaga l-ġogi ta’ moħħna.
Tina Oliver, ta’ 44 sena, li taħdem bħala parrukkiera, tħajret tnaqqas minn piżha wara li qagħdet tikkunsidra ritratt tagħha, tiżen 19-il stone u tilbes ħwejjeg ta’ qies 26.
Dak ir-ritratt, flimkien mat-twissija mit-tabib tagħha li setgħet issir dijabetika jekk tkompli tiekol bl-addoċċ, kienu l-qasba li qasmet dahar il-ġemel. B’hekk investiet b’xi ħaġa li għenitha tnaqqas tmien stones fil-piż u tibda tilbes ħwejjeġ b’qies 9. Dan kollu għamlitu permezz ta’ spaga!
Illum, li naqset u għandha dehra ferm attraenti, issib nies li jafuha, li jwaqqfuha u jistaqsuha x’għamlet. Qed tħossha ferħana u ferm aktar b’saħħitha. “Dari qajla stajt nimxi u l-mixja tiegħi kienet tkun il-ħarġa bil-kelb. Illum tgħid li tista’ niġri għaxar kilometri bla ma nieqaf u qed nistenna li nieħu sehem fil-Great North Run.”