Minn Charles B. Spiteri
Għas-sajf, il-familji Grech u Busuttil kellhom dar kull wieħed maġenb xulxin qrib il-bajja ta’ Birżebbuġa. F’waħda kien joqgħod John iben Vincent u Marija, li fix-xitwa kienu joqogħdu fil-limiti ta’ Ħal Luqa, u fl-oħra Frida, bint George u Ginnie, li bid-dar residenzjali kienu joqogħdu Raħal Ġdid.
Minn tfal ċkejknin kienu jiltaqgħu għat-tliet xhur tas-sajf fil-villeġġjatura rispettiva tal-ġenituri tagħhom, li mhux biss kienu saru ħbieb ta’ xulxin, iżda b’uliedhom imorru wieħed għand l-oħra u viċi versa. Kien minn ewl id-dinja, li l-laqgħat għal tliet xhur sħaħ fis-sena, rawhom jikbru flimkien u jinġibdu lejn xulxin. Dan kien fil-bidu tas-snin ħamsin.
Frida tirrakkonta li meta ommha rat li bintha nisslet ċerta ġibda lejn John, żammitilha, minkejja li issa kellha 19-il sena. Kien żmien l-ubbidjenza u d-dixxiplina, tant li tiftakar li dak iż-żmien lanqas lipstick ma kien permess fuq ix-xebbiet. Allura, lanqas għall-quddies ma kienu jitħallew imorru weħidhom. Dan kollu kien iseħħ għat-tliet xhur sajfin.
Twassil ta’ messaġġi
Fix-xitwa ma kienu jiltaqgħu xejn, iżda qlubhom xorta sabu lill-kupidu li kien iwassal kull messaġġ ta’ mħabba lil xulxin. Dan peress li John kien għadu jattendi l-Kulleġġ San Alwiġi u hemm kien imur ukoll wieħed minn ħut Frida, iżgħar minnha. Kien hu li minn darba għall-oħra kien iwassal l-ittri minn dar għal skola u minn skola għad-dar. Jgħaddu d-disa’ xhur tax-xitwa u l-qlub safjin ta’ John u Frida, jerġgħu jitħeġġu għal xulxin hekk kif iż-żewġ familji jħejju biex jitilgħu fil-villeġġatura. Iżda l-ħruġ weħidhom ma kien permess qatt.
Huma għadhom jiftakru li biex darba marru jaraw filmat, marru magħhom il-ġenituri tiegħu u tagħha. Kienu jieħdu filliera sħiħa, u John kien jidħol l-aħħar wieħed, fid-dlam, biex joqgħod f’xifer ta’ filliera, ħalli meta jasal l-intervall joħroġ l-ewwel wieħed biex jiltaqa’ għal ftit sekondi max-xbejba tiegħu.
Frida għadha tal-fehma li s-sikkatura ta’ dari hi bżonjuża, għax minn kif qed naraw illum, mingħajrha jsaltan id-dnub u l-libertinaġġ, li qed jisfaxxa lil numru kbir ta’ familji.
Mitluba tgħid xi ħaġa fuq kif ħaduha l-ġenituri tagħha meta saru jafu li tixtieq tkellem lil John bis-serjeta’, Frida qalet li għall-ewwel ma tantx ħadu gost, peress li John kien għadu l-iskola, iżda ladarba temm l-istudju tieg[u u kellu mpjieg fis-sod, allura aċċettawh bil-qalb.
Min-naħa tiegħu John jirrakkonta li qabel l-għerusija tagħhom, u minkejja li l-familji kienu jafu lil xulxin, dari xorta waħda kienu jindagaw fuq xulxin, anki biex jaraw l-istat ta’ saħħa u jekk hemmx xi mard. Iżda fil-każ tagħhom, baqgħu għaddejjin bl-għerusija.
Riċeviment kbir
L-għerusija ta’ John u Frida saret fid-dar tal-ġenituri tagħha f’Raħal Ġdid, li kienet waħda enormi, peress li missierha kien neguzjant. Berkilhom iċ-ċrieket Dun Pawl Micallef, li jiġi minn Frida u wara kellhom riċeviment kbir fil-ġnien, li għalih kienu mistednin ħafna familjari, għax ħbieb ma kellhomx. Sa qassmu s-souvenirs u kellhom fotografu għall-okkażjoni li ġibdilhom album sħiħ tar-ritratti li għadhom jgħożżu sa llum.
Ta’ min isemmi wkoll li John u Frida kienu koppja minn tal-bidunett li bdiet tattendi l-laqgħat ta’ Kana. Jiftakru li l-ewwel laqgħa kienet saret f’Palazzo Caraffa. Wara, il-Moviment ta’ Kana beda jorganizza l-laqgħat tiegħu fid-djar tal-membri, f’kull pajjiż, iżda dan ma baqax isir.
Il-koppja Grech qaltli wkoll li xi snin ilu, il-Moviment ta’ Kana tahom tifkira peress li kienu minn tal-ewwel li attendew dawn il-korsijiet.
John u Frida damu għarajjes sentejn. Meta missier l-għarusa ra li kienu mexjin b’serjeta’ u rettezza, xtralhom dar fi Triq Żabbar, Raħal Ġdid, kif wara għamel ma’ kull wild ieħor mill-ħamsa li kellu. F’dik id-dar, il-koppja Grech damet tgħix 25 sena.
Iż-Żwieġ
Iżżewġu fid-19 ta’ Mejju, 1957, fil-parroċċa Kristu Re. Żewwiġhom il-Kappillan, Mons Francesco Xuereb, li kien jaf lill-ġenituri ta’ Frida mindu kienu għadhom tfal. Wara ż-żwieġ kellhom jistenniehom riċeviment mill-aqwa, fil-ballroom tal-Lukanda Phoenicia, il-Furjana.
Fis-sular ta’ fuq tal-Lukanda, intramaw xejn inqas minn 14-il mejda biex fuqhom jitqiegħdu r-rigali. Dari kienet id-drawwa li l-koppja ġġorr ir-rigali li tkun qalgħet fis-sala, biex il-mistednin jarawhom. Allura dan il-ġarr kien jippreżenta biċċa xogħol kbira għall-familja. Kellhom iqabbdu wkoll pulizija biex joqgħod għassa mar-rigali tul il-lejl.
Fost ir-rigali li qalgħu kellhom washing machine, makna tal-ħjata bil-cabinet, senduq, diversi oġġetti tal-fidda kif ukoll frames. Dawn kienu skjerati fis-sala ta’ fuq u jidhru fir-ritratti tal-album tat-tieġ li għadu jġedded il-memorja ta’ John u Frida.
Isfel, fil-ballroom sar ir-riċeviment, li għalih kienu mistednin aktar minn 800 ruħ. Iddoqq kellhom lill-orkestra ta’ Vinny Valente u l-kejk tat-tieġ kien oriġinalissimu. John, li hu dilettant ħafna tad-disinji, kien mar għand id-dulċier Carmelo Borg Bonaci u ordnalu kejk forma tal-knisja li tidher fis-santa ta’ Kana. Dak għamilhulu kif xtaq u kien tabilħaqq għaxqa fuq il-mejda tar-repo’.
Fit-tieġ qassmu wkoll is-santi ta’ Kana bit-tifkira taż-żwieġ tagħhom fuq wara u wkoll is-souvenirs.
Meta wara nofsinhar intemm ir-riċeviment tat-tieġ, John u Frida rħewlha għas-Seabank Hotel u l-familjari kellhom biċċa xogħol iebsa, jittrasportaw ir-rigali kollha fid-dar tagħhom!
Aktar tard filgħaxija, il-koppja miżżewġa friska kellha żjara mill-familjirispettivi u meta telqu, huma qattgħu l-ewwel lejl tagħhom fil-lukanda. L-għada niżlu fid-dar ġdida tagħhom mnejn bdew iħejju għas-safra ta’ qamar il-għasel.
Marru ġimgħa Napli u wara telgħu ġimgħa Ruma, fejn marru l-Vatikan. Ftit qabel xtraw kwadru tal-Qalb ta’ Ġesu’ u l-Qalb ta’ Marija. Kellhom udjenza mal-Papa Piju XII, li mhux talli berkilhom il-kwadru talli tahom ukoll rigal. Il-kwadru għadu mdendel fil-kamra tal-ikel, fid-dar tagħhom t’issa, f’Birżebbuġa.
It-tfal
Wara sena żwieġ kellhom lill-ewwel tarbija tagħhom Marika, illum miżżewġa lil Frank Gauci. Huma għandhom żewġt ibniet, Alison u Bernice. Tliet snin wara twieled Noel, li hu miżżewweġ lil Marthese nee Cassar u għandhom żewġ subien, Ryan u Ian. Wara tliet snin mit-twelid ta’ Noel kellhom lil Josiah li żżewweġ lil Lilian nee Balzan u għandhom erbat itfal Juanita, Andre’, Stefan u Philip. L-aħħar tarbija tifel tal-koppja Grech twieldet tmien snin wara l-aħħar wild u dan kien Bernard, li hu miżżewweġ lil Anne Marie nee Micallef u għandhom żewġt itfal; Maria u Neil. B’hekk, John u Frida huma nanniet ta’ għaxar neputijiet.
F’għeluq il-25 sena żwieġ it-tfal organizzawlhom festin b’sorpriża. Ħaduhom għal quddiesa fil-parroċċa ta’ Birżebbuġa, fejn qaddsilhom il-ħabib tagħhom Mons Victor Grech. Hemm sabu wkoll lill-familjari, lill-bridesmaids li kellhom, lix-xhieda u liż-żewġt iħbieb li kellhom. Wara ħaduhom f’sala f’Birżebbuġa stess, fejn sabu numru ta’ mistednin oħra jistennewhom.
Kellhom sala armata bi fjuri, waiters iqassmu l-ikel u x-xorb, santi bħalma kellhom fit-tieġ, biex jibqa’ l-istess simbolu taż-żwieġ u souvenirs. Kien qisu tieġ ieħor.
L-istess reġgħu għamlulhom f’għeluq il-50 sena. Krewlhom karrozza bis-sewwieq u wara li ħadu minn moħħ missierhom fejn xtaq li jkollhom il-quddiesa ta’ tifkira, organizzawhielu fil-Kulleġġ San Alwiġi. Il-knisja kienet armata bit-tapit aħmar u qaddsilhom ħabib ieħor – Patri Ugolin Scerri. Jgħinuh kellu lil Dun Vinċenz Deguara u Patri Krispin Tabone. Jiftakru li kellhom quddiesa mill-isbaħ, fejn Patri Ugolin reġa’ berkilhom iċ-ċrieket u talab fuqhom.
Mill-knisja ttieħdu l-Lukanda Suncrest, fejn kellhom ikla familjari. Waqt l-istess festin, uliedhom ippre]entawlhom ċertifikat tal-Papa, imbierek minnu stess u bl-ismijiet ta’ uliedhom fuqu. Kien jum li jibqgħu jiftakruh għal dejjem.
Parir
Mitlubin jgħaddu parir lill-għarajjes żgħażagħ, Frida hi tal-fehma li għandhom ikollhom tħejjija soda, inkella ma jersqux lejn żwieġ. It-tieni; meta jkunu fuq l-artal u jaħilfu mħabbithom lil xulxin għal dejjem, iridu jiftakru li fosthom hemm Alla għal dejjem. Jekk f’kull mument ta’ ħajjithom ma jgorrux lil Alla magħhom, iż-żwieġ ikun impossibbli jirnexxi. Bil-ħila tagħna m’aħna kapaċi nagħmlu xejn. Nimxu biss, bil-ħila ta’ Alla. Barra minn hekk nippruvaw nevitaw dan id-diżastru li għandna bħalissa, fl-ilbies; fit-televiżjoni, li m’hu jagħti ebda tagħlim tajjeb għall-erwieħ tat-tfal.
Min-naħa tiegħu John jgħid li l-miżżewġin għandhom jevitaw lill-ħbieb, għax dawn mhux dejjem ikunu ħbieb. Min se jiżżewweġ għandu jkun jaf li se jwiegħed imħabbtu lis-sieħeb jew sieħba tiegħu għal dejjem, u għalhekk, għal deċiżjoni bħal din bilfors tinħtieġ preparazzjoni qawwija. Jitbiegħdu kemm jista’ jkun mid-dubju, għax id-dubju hu ħabib ix-xitan u kapaċi jħassar familja. Ħafna jistgħu jgħidu li n-nanniet huma antikwati, iżda l-proverbji kienu ta’ tagħlim minn dejjem u jibqgħu għal dejjem.
Finalment, il-koppja Grech tħeġġeġ lill-koppji ta’ llum biex jekk ikollhom xi diżgwid bejniethom, isolvuh qabel ma jidħlu jorqdu, għax jekk iħallu għall-għada, dan jista’ jikber aktar.
Aħna rridu nibqgħu hawn. Ma rridux ninqalgħu ukoll jekk għemilna bla ħsieb iqarribna lejn il-mewt. Aħna bħal vapur irridu l-ankra biex insorġu, nieqfu, inkunu marbutin għax nafu li rridu nparpru. Għalhekk inħallu tifkiriet.
Riċentement, bħala rikonoxxenza għal numru ta’ artikli li ktibt fit-Torċa dwar iċ-Ċina, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta rrakkommanda lill-Ministeru Kulturali f’Beijing sabiex jistedinni nżur lil pajjiżhom. U f’ħin bla waqt, sibt ruħi naqta’ xewqa kbira li kelli li nara liċ-Ċina u li nsir naf aħjar lil niesha.
Il-Belt Ipprojbita kienet tintuża bħala l-Palazz Irjali minn fejn l-imperaturi kienu jamministraw il-pajjiż u wkoll jgħixu flimkien mal-familji tagħhom fi żmien id-Dinastiji Ming u Qing. Infatti, għal madwar 500 sena, hija serviet bħala r-residenza ta’ 24 imperatur sakemm finalment Aisin Gioro Puyi, l-aħħar imperatur tad-Dinastija Qing, abdika fl-1911.
Matul is-snin, partijiet mill-Belt Ipprojbita ġew restawrati jew mibnija mill-ġdid iżda t-tqassim oriġinali tagħha dejjem inżamm. Fil-fatt, l-istrutturi tagħha nbnew b’mod ordnat fuq ass ċentrali li jaqsam bejn il-parti tat-tramuntana u dik tan-nofsinhar. Dawn il-partijiet jirriflettu il-filosofija tradizzjonali tal-yin u l-yang u tal-Ħames Elementi filwaqt li jindikaw ukoll il-ġerarkija fewdali.
Fuq in-naħa ta’ wara tagħha, din il-belt tinkludi wkoll il-Ġnien Imperjali li fih kienu jistrieħu l-Imperatur u l-familja tiegħu flimkien mal-konkubini.
minn Charles B. Spiteri
We had always wished to spend Christmas in some foreign land in order to see how this event is celebrated in other countries. Ideally this place had to be similar to the ones that we saw on Christmas cards; that is with wooden log cabins, fire-places and much much snow.
There is a good choice of hotels wherein to spend this holiday: starting from Santa’s Kieppi which is built in the traditional Finnish style, and moving on to the modern style Santa’s Holiday Club which includes an indoor pool with waves and chutes. We chose to stay in Hotel Kieppi because we considered it to be more authentic. Its owner, Matti Välitalo, informed us that in Finnish, the word ‘kieppi’ referred to the burrow where animals hibernated during winter, and surely this place was warm and snug contrasting to the icy coldness outside.
However surely, the best moment of this holiday for each visitor, whether adult or young was the special visit to the village of Father Christmas in the Arctic Circle. Here, with activities ranging from ice fishing, toboganning, reindeer sleigh rides, snow hockey, skidoo rides, and an igloo bar, who can wish for more? Yet there was more! In fact, after providing us with the required instructions, we were offered to drive a pack of huskies in the snow. My husband controlled the huskies and my daughter and I huddled up in the sleigh wrapped up in reindeer skin. What a delight!
We spent only four days in Santa’s Lapland but the surrealism of the place mystified the aspect of time and we felt as if we belonged there. Surely no other Christmas will ever match this one.
Minn
Għalhekk dak il-ħin stess Joseph qatagħha li jiġi Malta u jipproponi ż-żwieġ lil Teresa. Jekk tgħidlu le, kien deċiż jerġa’ lura lejn l-Awstralja għal dejjem. Fittex l-għajnuna u immobilizza xi qraba u ġirien tagħha biex jgħaddulu kelma ma’ ommha. Qalilhom li hu kien għadu interessat f’Teresa.
Jiftakru li l-karozzi għat-tieġ krewhom mingħand tal-Coronation Bar. Bħala sala, krew waħda f’Ħaż-Żebbuġ fl-istess triq fejn kienet toqgħod Teresa, u kellhom ukoll orkestra għad-daqq u żfin. Kien iż-żmien li kienet għadha qed tidħol f’Malta l-użanza tal-wedding cake u, għax kellhom wieħed, kienet qisha xi ħaġa kbira għall-mistednin.
F’għeluq il-50 sena miż-żwieġ tagħhom, uliedhom li għadhom Malta għamlulhom sorpriża. Għat-8 ta’ Frar 2009, li nzerta l-Ħadd u għalhekk eżatt bħal fit-tieġ tagħhom, organizzaw għalihom il-quddiesa tal-11 ta’ filgħodu fil-knisja ta’ San Filep, fejn kienu żżewġu. F’dak il-ħin kien hemm ħafna nies, u xħin Joseph u Teresa daħlu l-knisja sabu għalihom żewġ siġġijiet bil-bellus aħmar armati fin-nofs quddiem l-artal, bħal ta’ żewġ għarajjes friski. Għall-ewwel Teresa tgħidx kemm stħat, iżda s-sens ċajtier ta’ Joseph għamlilha l-kuraġġ u kollox mexa kif suppost. Dun Alfred Agius qaddes il-quddiesa b’radd ta’ ħajr għal kull m’ghamel Alla għalihom tul dawn is-snin kollha, u għamlilhom diskors tal-omelija li apprezzaw ħafna. Wara, il-familja marret flimkien għal ikla f’ristorant.
minn Charles B. Spiteri
Thomas, ta’ 48 sena qal li x-xebh tant hu qawwi li spiċċa biex għamel kuntatt mal-produttur tal-ġugarelli Daniż u qallu li spiċċa bi sħabu kollha jinkuh fuq ix-xogħol.