Minn Charles B. Spiteri
Jekk is-sess jintuża qabel iż-żwieġ, iż-żwieġ ma jibqagħlux sens
Joseph, li twieled, trabba u għex il-Belt kien ħabib ta’ ħu Winnifred, li l-familja tagħhom kienet mill-Furjana, u wara x-xogħol kienu joħorġu xi dawra flimkien. Darba ra lil Winnifred il-Barrakka ta’ Isfel, flimkien ma’ erbat itfal żgħar ta’ oħtha, u beda jkellimha. Dakinhar hu kellu 17-il sena u nofs u Winnifred 15. Mhux jemmnu li ż-żmien għadda, iżda tar!
Joseph kien jaħdem ma’ missieru li kellu dolċerija u forn fil-Belt stess. Dak iż-żmien, ix-xogħol kollu kien isir bl-idejn, u għalhekk, apparti mit-tbatija, kollox kien jeħtieġ il-ħin. Tant hu hekk li għall-bidu għamlu xi xahar u nofs jew xahrejn ma jiltaqgħu. Winnifred bdiet taħseb li kollox kien se jtir mar-riħ, sakemm darba ratu u staqsietu jekk kienx għadu bil-ħsieb li jibqa’ jkellimha. Wara dan l-inċident baqgħu jiltaqgħu sikwit, iżda dejjem bil-ħarba.
Winnifred tirrakkonta li oħtha, li kienet toqgħod bieb ma’ bieb magħhom fil-Furjana, kellha 11-il tarbija. Għalhekk hi kienet toħroġ lil xi uħud minnhom. Darba, meta kienet il-Barrakka ta’ Isfel, resaq fuqha Anġlu, il-ħabib ta’ Joseph, u qalilha li Joseph xtaq ikellimha. Hi weġbitu li kienet għadha żgħira u ma xtaqitx tibda tinnamra ta’ dik l-eta’. ġara iżda, li meta ħabibitha semgħetha tgħid dan, qaltilha li kienet se tkellmu hi.
Jinnamraw taħt ħajt
Kienu jiltaqgħu kultant u għal ftit ħin, wara nofsinhar, fuq il-Fosos tal-Furjana u jmorru għal wara l-ħajt tal-Mall. Biex ma jarawhomx in-nies – li ma jmorrux jukżawha lil ommha – kienu jintasbu taħt il-ħajt u ‘jinnamraw’ hemmhekk. Kien namur li xejn ma jixbah lil ta’ llum, għajr għall-isem, għax biex tiltaqa’ ma’ Joseph kienet tkun fil-kumpanija ta’ ħabibitha u ġġorr magħha erbat itfal, tnejn fil-pram, u tnejn jimxu. Damu żmien twil jiltaqgħu hekk għal ftit ħin, sakemm darba, xi ħadd kżaha lil oħtha u din qalet lil ommhom.
Ladarba ommha saret taf, lil Winnifred ma ħallithiex toħroġ aktar, għax ħaditha wisq bi kbira. U kif tgħid Winnifred innifisha, sa l-aħħar mumenti, ommha lanqas xtaqet li tħalliha tiżżewweġ. Fil-familja ta’ Winnifred kienu sitt aħwa. Hi l-iżġħar waħda u twieldet fi xjuħit ommha. Kellhom ħanut tal-merċa quddiem id-Depot tal-Pulizija u d-dar, apparti minn ommha u missierha, kien għad hemm tliet ħutha ġuvintur. Għalhekk aktarx li ommha xtaqet li l-familja tagħha jkollha fuq min isserrah.
Ma qablux man-namur
Min-naħa ta’ Joseph kienu tmien aħwa – tliet subien u ħamest ibniet. Il-kbira kienet tifla li trabbiet ma’ nannitha u għalhekk Joseph, li hu t-tieni wieħed, kien qisu l-kbir fil-familja. Meta ommu saret taf li kien qed jinnamra, xejn ma ħadet gost, u lanqas riditu jiżżewweġ, għax apparti li beżgħet li ma jibqax jgħin lil missieru, riditu jagħmel tajjeb għad-dota ta’ ħutu l-bniet. Tant li darba, meta saret taf li Joseph ried jiżżewweġ lil Winnifred staqsietha kinitx taf li binha ried iżewweġ lil ħutu.
Biex il-ġenituri ta’ Joseph u ta’ Winnifred waslu jippermettu lil uliedhom jiżżewġu hi ġrajja li qajla titwemmen.
Inzerta li fl-istess żmien li siefru l-ġenituri ta’ Joseph, siefru wkoll dawk ta’ Winnifred. Waħda miz-zijiet ta’ Joe, kienet sabet lill-għarajjes u qaltilhom li jekk tassew riedu jiżżewġu, kien hemm post għall-kiri l-Belt, qrib fejn kien joqgħod Joseph. Dawn sabu x-xoqqa f’moxtha u krewh. Kellhom iħallsu rigal ta’ Lm150 biex ingħataw iċ-ċavetta. U fl-1957, dik is-somma kienet waħda qawwija. Terġa’ d-dar kienet maqsuma bejn żewġ familji, li jidħlu mill-istess bieb – familja kienet tgħix isfel u l-oħra tgħix fuq. Iżda għal dan it-tqassim tal-post ma tawx kas. Irraġunaw li l-aqwa li kellhom post fejn imorru joqogħdu.
Joseph jgħid li waslu għal dan il-pass peress li hu ma xtaqx joħroġ mill-Belt, biex ikun jista’ jibqa’ jgħin lil missieru, li x-xogħol tiegħu kien jibda minn sbiħ il-jum u jibqa’ sejjer sal-11.30 p.m. Isemmi wkoll li wara li żżewweġ, Joseph beda jaħdem mal-Gvern, iżda baqa’ jgħin lil missieru għal snin twal mingħajr ma jitħallas. Kienu jaħdmu l-Ħdud ukoll sat-3.00 p.m. għax kien ikollhom ix-xiwi tal-ikel.
Winnifred issostni li krew dak il-post għax kull darba li kienu jsibu fejn jikru, ommha kienet tiskuraġġiha, bl-iskuża li jew ikunu sabuh ’il bogħod, jew għax il-prezz tal-kera jkun għoli. Iżda Joseph u Winnifred qajla baqgħu jagħtu kas ta’ dan kollu, għax biex ikollhom xi sold, Joseph kien jagħmel kull biċċa xogħol li tiġi għal idejh. U Winnifred kienet xebgħet fid-dar ta’ ommha, tagħmel mhux biss ix-xogħol meħtieġ hemm, iżda wkoll tgħin fid-dar ta’ oħtha li kellha 11-il tarbija.
Hi tiftakar li Joseph daħal l-ewwel darba d-dar tagħhom meta żżewweġ ħuha Ċensinu, fl-1954.
Iċ-Ċurkett tal-għerusija
Meta ġew għall-għerusija, Joseph ħa lin-namrata biex tagħżel iċ-ċurkett li tixtieq. Li għoġobha kien jiswa Lm18. Iżda meta ommu saret taf li kienu se jixtru ċ-ċrieket, marret għand Testa u ħaditilha erbgħa biex tagħżel minnhom. Winnifred qaltilha li hi mhux wieħed minn dawk kienet għażlet, iżda omm Joseph weġbitha li ċurkett b’ċurkett, huma kollha xorta u ma kellhiex għalfejn tneffqu ħafna flus. L-aqwa li f’subgħajha jkollha ċurkett! Illum Winnifred tirrealizza li dak iż-żmien, Joseph kien jaqla’ Lm2.45 fil-ġimgħa.
L-għerusija tagħhom saret billi filgħaxija, omm u missier Joseph marru d-dar għand il-ġenituri ta’ Winnifred, ħadu grokk, u lkoll f’daqqa marru jaraw talkies. Fi żmien l-għerusija, omm Winnifred ġieli tatha xi kastig, fejn kienet tordnalha ma toħroġx mid-dar. Iżda bi tbissima, Joseph jgħid li kien jisfida lil ommha bil-pulit, billi jmur għandhom u jgħidilha ma tinkwetax billi kienu lesti joqogħdu ġewwa. Ommha kienet tirrabja u tgħidlu biex imur.
Iż-żwieġ tagħhom kien ippjanat li jsir fi Frar, iżda peress li kienet ġejja waħda miz-zijiet ta’ Joseph mill-Amerika, ommha qaltilha biex jistennewha. U allura żżewġu s-Sibt 12 ta’ April, 1958 fil-Parroċċa San Publju l-Furjana. Qaddsilhom l-Arċipriet Dun Anton Debono, min-Naxxar.
Ġara li dak iż-żmien il-Karnival kien iċċaqlaq mid-data tiegħu fi Frar u beda jsir f’April u għalhekk kien jum mill-agħar għal missier Joseph, li kien ikollu ħafna ħami ta’ pasti, pastizzi u affarijiet oħra.
Mistednin bla inviti
Missier Winnifred ma qabilx li jagħmlu l-inviti, u lil kulmin kien jixtri mingħandu, kien jgħidlu li bintu se tiżżewweġ, u jekk irid, mistieden għat-tieġ, li kien se jsir fis-sala tal-Canadian, fi Triq Mannarino, Birkirkara.
Wara t-tieġ, l-għarajjes marru għar-ritratt tal-okkażjoni għand Agius u xħin waslu fis-sala, qabadhom bħal paniku. Raw sala ppakkjata bis-siġġijiet, u tant kien hemm nies li bilkemm setgħu jgħaddu għal fuq il-pjattaforma li kienet tinbena għall-għarajjes. Flok l-orkestra li ftiehem fuqha Joseph, sab lil dak li kellem b’numru ta’ diski ta’ dak iż-żmien. Għall-ewwel irrabja, iżda l-ieħor serraħlu rasu li xorta kien se jkollu daqq mill-aqwa.
Kien qisu t-tieġ ta’ Kana. Kulħadd kiel u xorob kemm ried, għax kien Joseph stess li ħadem il-ħelu. U mhux talli serva, talli kien baqa’, minkejja li n-nies ma ċċaqalqux mis-sala qabel is-siegħa u nofs ta’ filgħodu.
L-għada, kienu se jmorru bil-ħelu li fadal għand omm l-għarusa, għax dari kienet drawwa li lil min ma jkunx attenda għat-tieġ, jagħtuhom xi ħelu.
Erba’ xhur wara ż-żwieġ, marru għal qamar il-għasel, f’safra ta’ xahar mal-Moviment ta’ Kana, peress li kienu mill-ewwel koppji msieħba f’dan il-moviment, li kien għadu jiltaqa’ fil-knisja tal-Kapuċċini.
Lura Malta kellhom żewġt itfal, Carmel, illum miżżewweġ lil Sue, li għandhom tifel, Mark Andrea. Wara seba’ snin kellhom lil Jacqueline, illum miżżewġa lil Adrian Bugeja Douglas, li għandhom tliet subien: James, Liam, Matthew.
Differenza fit-trobbija
Il-koppja Cassar temmen li d-differenza prinċipali bejn it-trobbija ta’ dari u ta’ llum hi fil-ħela. Dari kulħadd kien jgħaddi b’dak meħtieġ u bil-qies. Illum il-ġenituri jridu jikkuntentaw lil uliedhom f’kollox u ftit ftit, ħassruhom. Fl-antik, daqqa ċkejkna kienet tiddixxiplina u żżomm ċerta awtorita’. Winnifred issemmi li jekk Joseph kien jikkorreġi lit-tfal, ma kinitx tindaħal bejniethom. Ħalli wara jiddiskutu bejniethom. Illum, il-ġenituri juru n-nuqqas ta’ qbil tagħhom quddiem uliedhom, u b’hekk jagħtuhom ir-riħ. It-tfal jitilgħu ta’ rashom u mfissdin.
Joseph isemmi l-faqar tal-antik. Kienu jilagħbu b’kollox. Illum wasalna naraw tfal żgħar biċ-ċellulari tagħhom. ‘‘Jekk minn żgħar nagħtuhom kollox u ndarruhom bil-lussu, x’nistennew li jkunu jridu ’l quddiem! Mhux li jagħmlu li jridu!’’ ikompli Joseph.
Winnifred iżżid li llum, li n-nisa miżżewġa joħorġu jaħdmu, tnaqqas ir-rispett lejn ir-raġel, li dari kien jitqies bħala l-breadwinner tal-familja. B’hekk spiċċa s-sagrifiċċju tal-koppja u nibet it-tagħjir ta’ bejniethom. Barra minhekk, għall-flus, it-tfal qed jitilgħu qishom orfni. Joseph u martu jaqblu wkoll li llum ħadd mill-għarajjes ma jiżżewweġ jekk minn qabel ma jkollhomx il-kumdita’ kollha fid-dar. Fi żmienhom, la kellhom cooker, la fridge u lanqas washing machine. Kollox xtraw maż-żmien.
F’għeluq il-50 sena miż-żwieġ tagħhom, Joseph u Winnifred kellhom quddiesa konċelebrata mill-Arċipriet Alf Camilleri, il-Kan. John Ciarlo’u l-Kan. Ġwann Borg. Għaliha, apparti mill-familjari tagħhom attendew il-membri tal-Grupp Familji Nsara tal-Belt, li fih ilhom imsieħba mill-bidu tiegħu. Wara kellhom festin fid-Domus San Pawl, il-Belt.
Il-messaġġ pożittiv ta’ Winnifred għall-għarajjes ta’ llum hu: ‘‘Ibżgħu għall-kastita’. Is-sess għandu jiġi wara ż-żwieġ, inkella ż-żwieġ ma jibqagħlu ebda sens. Min-naħa tiegħu Joseph jisħaq li maż-żwieġ, għandhom jinqatgħu l-ħbiberiji żejda. Ma jfissirx li jgħixu klawsura, iżda titwarrab kull kunfidenza żejda.
Miktuba minn Fiona Vella
Għalkemm f’diversi kotba nsibu informazzjoni dettaljata dwar dak li seħħ matul dawn il-gwerer, l-album ta’ Salter serva bħala mezz sinifikanti sabiex jitfa’ dawl fuq dak li kien qed jiġri f’dawn il-Kampijiet tal-Gwerra, partikolarment fejn tidħol ir-relazzjoni tal-uffiċċjali tal-armata ma’ dawn il-priġunieri.
Hekk bdiet din il-ħbiberija bejn dawn it-tnejn u ftit ftit dawn bdew jinġibdu lejn xulxin. Madanakollu, huma kellhom iżommu l-emozzjonijiet tagħhom mistura f’qalbhom minħabba li Salter kien miżżewweġ u kien jinsab waħdu hawn Malta peress li martu ma xtaqitx takkumpanjah fi gżiritna.
minn Charles B. Spiteri
In-neguzjanti qed isostnu wkoll li n-numru ta’ servizzi offruti s’issa, jkollhom jonqsu, minħabba l-ispazju limitat li l-Banek se jkollhom fis-supermerkati. Iżda ma’ kull uffiċċju se jkunu stallati wkoll il-makni, biex il-klijenti jkunu jistgħu jħallsu kontijiet, jiddepożitaw jew jiġbdu flushom.

Qianmen pedestrian street runs south from Tiananmen Square, just along the Beijing central axis for about a kilometre.
Particularly endearing is the sheer contrast between the ultra-modern neon-lit high rises lying at the background of the raw and coarse atmosphere of meagre street food stalls where many locals gather to buy their grocery needs.
Weħidna l-ħajja bla ħajra! Flimkien inħossuna aħjar u niksbu iżjed saħħa u qawwa. Jiġri minħabba f’hekk li nieħdu s-saħħa u nitħabbtu jekk insibu rifda, għajnuna u sehem min ħaddieħor. Għalkemm dan ta’ minn ifaħħru jista’ jtaqqalna u jbikkimna.
Minn
Laurence għandu kliem ta’ tifħir għal martu għax kellha ssofri miegħu d-diffikultajiet kollha li għaddew minnhom tul ħajjithom miżżewġa. Isemmi s-seba’ xhur sospiż fl-1977 għax kien obda direttiva tal-Unjon; il-MGCU (illum UĦM). Iżda l-agħar esperjenza li kellu, kienet li kien imġiegħel jitlaq għaxar snin qabel it-tmiem tal-impjieg tiegħu minn mal-Gvern, fl-1983.
minn Charles B. Spiteri
L-ekologu Dan Wrench qal li kultant, friefet rari bħal dan ikollhom disinn li jixbah ras ta’ mewt. Farfett simili ntuża fil-kartellun tal-film ‘Silence of the Lambs.
It-tieġ ta’ Emanuel Mifsud u Josephine nee Micallef kien kemmxejn differenti minn tiġijiet oħra. Ir-raġunijiet kienu varji, iżda forsi l-aktar waħda mhux soltu kienet il-ħtieġa tal-permess (jew bolol) biex jiżżewġu. U dan, minħabba li l-għarajjes kienu sekondi kuġini! Bolol, li spiċċaw sarulhom wara li żżewġu.
Min-naħa tagħha, Josephine spiss kienet tmur għand oħt Emanuel, li kienet titlobha tagħmel dan biex timlielha ftit mill-vojt li kkaġunatilha l-mewt ta’ ommha. Josephine tirrakkonta li f’oħt Emanuel kellha oħt oħra, tant li kienet tgħinha wkoll f’xi xogħol tad-dar. Iżda sa dak iż-żmien, la hi ma kellha ħsiebha f’Emanuel u lanqas hu.