Joseph Henry Abela, Qassis

Minn xogħol għal xogħol, minn ħidma għal ħidma, minn taħbit għal ieħor. Iżda trid jew ma tridx, taħseb u tħammem għaliex weġġgħuni, għaliex qabżuni, għaliex qed jgħidu fuqi. Tieħu l-ħin issib tarf jew ieħor: imma jaqbel ?
Aħjar taħseb ’il quddiem u tara x’jimlilek qalbek, xi jpaxxi lil ruħek u kif tista’ filgħaxija tidħol timtedd fil-kwiet.
Bosta, minkejja li kienu mgħaffġa u lemħu kull mogħdija, tfarfru, inħaslu, ippruvaw u b’għaġeb għalihom irnexxew u stagħġbu kemm telqu d-dlam u issa qed jgħixu fil-quċċata tal-hena.
Il-ħajja ta’ kull maħluq fiha tbenġilha jew tnejn, ġerħa jew diqa: mhux qed ngħid tkun tiflaħ għaliha. Nissogra nlissen li tipprova l-iżjed li l-inkwiet tarah kullimkien u ssib min iżidu, iżda ħarstek twaddabha fejn trid int !
Dan mhux ħolm jew stħajjil fieragħ iżda ġrajja mimlija ta’ min stabat mal-qiegħ, ħares ’il fuq u reġa’ tela’.
X’nista’ ngħidlek, ipprova u tara li dak li seħħ f’ħaddieħor iseħħ fik ukoll.



Ftit jiem ilu, raġel nissel rabja enormi wara li sab l-eqdem messaġġ fi flixkun; u qed jirrifjuta li jiftħu.
Il-flixkun kien f’rotta li suppost ħa minn għaxart ijiem sa ħmistax-il jum, biex jasal fid-destinazzjoni tiegħu, kieku l-vapur żamm mal-iskeda tiegħu. Iżda kien żmien fejn in-nobbli Willard u nies oħra li jibagħtu l-messaġġi fil-fliexken ma kinux ikunu ċerti, wasalx il-messaġġ tagħhom jew le.
B’qalbi maqsuma u b’uġigħ, nikteb dan il-ħsieb. Mindu kont ċkejken sirt nafu dan il-qawl, u fittixt u qallibt fil-ħajja biex nara u nsib li mhux minnu!
Il-Malti sabiħ: ġmiel ta’ kobor, seħer ta’ gost, ġenn tal-ħsieb. Meta ħaġa, bini, kotba, għamara, ilbies, ġieħ ma jkunx tiegħek il-kliem hu ‘Ma jgħajjatx lili’
Tħares madwarek u taqra l-aħbarijiet u tilmaħ li nies li taf, għandhom il-flus, irnexxew.