Sejba imperjali importanti

altArkeologi fl-Amerika t’Isfel irnexxielhom isibu qabar mhux mimsus taċ-ċiviltà antika u misterjuża tal-Wari. Minnu, qalgħu l-iġsma mummifikati ta’ tliet irġejjen u ħdejhom teżori tad-deheb u sagrifiċċji makabri umani. 
 
It-tempju tal-mejtin, li għandu madwar 1,200 sena nstab fis-sit El Castillo de Huarmey, daqs erba’ sigħat sewqan mill-kapitali Peruvjana, Lima.
 
Is-sejba tipprovdi manjiera ta’ informazzjoni fuq l-imperu enigmatiku Wari, li rrenja fuq l-Andes ferm qabel is-suċċessuri tagħhom l-Incas.
 
altL-arkeologu Milosz Giersz hu tal-fehma li din kienet l-ewwel darba fl-istorja tal-arkeoloġija fil-Perù li sabu qabar imperjali tal-imperu u l-kultura Wari.
altIr-riċerkaturi qed jgħidu li s-sejba se tgħinhom iqiegħdu flimkien il-ħajja fis-sekli Andes, qabel ma feġġ l-imperu tal-Incas; li kitbu fid-dettal dwaru l-Ispanjoli li ħakmuhom.
 
Fil-mawsolew, li nkixef ftit xhur ilu viċin sit ta’ piramidi qrib il-kosta, nstabu bċejjec tad-deheb, ċeramika u 63 skeletru ta’ madwar 1,300 sena ilu. Ir-riċerkaturi qalu li ħafna mill-iġsma li nstabu f’kamra tad-dfin kienu ta’ nisa mummifikati, ilkoll bilwieqfa – sinjal li kienu nisa rjali u li n-nisa Wari kellhom aktar poter milli qatt kien maħsub qabel.
 
altIl-Wari, li sabu posthom hemm min-naħa t’isfel tal-Perù kienu jaħkmu fuq parti kbira tal-pajjiż bejn is-sena 500 u 1,000 sena wara Kristu. Huma kienu jidfnu lill-qraba tagħhom u f’qabarhom kienu jħejjulhom il-proviżjonijiet tal-ikel u l-għodda tas-sengħa li kienu jaħdmu.
 
L-arkeologa Patrycja Przadk qalet li “n-nisa kienu midfuna b’imsielet ta’ metalli prezzjużi, li qabel kien jingħad li jintużaw biss mill-irġiel.”
 
Fost l-artefatti li nstabu maġenb l-irġejjen mummifikati kien hemm għodda tal-insiġ magħmula mid-deheb, skieken u mnanar ritwalistiċi, kikkri, kontenituri għall-weraq tal-coca u tiżjin mill-isbaħ biċ-ċeramika.
 
L-istoriċi jsostnu li l-Wari kienu l-ewwel nies li rnexxielhom jgħaddu diversi tribujiet f’xibka sofistikata madwar ħafna mill-art li llum hi magħrufa bħala l-Andes Peruvjana.
 
altIl-bioarkeologu Wieslaw Wieckowski qal li sitt skeletri ma kinux imgeżwra fid-drapp, u għalhekk aktarx kienu sagrifiċċji umani għall-elit li ġew mummifikati. “Kienu nies li ntefgħu ħajjin fil-qabar, qabel ma dan kien issiġillat,” qal.
 
L-istess arkeologi qalu lin-National Geographic li huma żammew silenzju fuq il-ħidma tagħhom minħabba l-biża’ li jkun hemm xi ħallelin, li jsiru jafu bil-post u jisirqu kulma kien hemm.
 
 

Damdim

Joseph Henry Abela, Qassis

Biex tirnexxi trid l-aħjar ambjent:  skiet, sħana, stonku mimli, moħħ mistrieħ, min iħobbok u b’hekk dak li tixtieq, twettaq, isir. Imma l-aħjar u l-aqwa ambjent hu dak li tinsab fih issa: storbju, paroli, nies li jfixklu u jagħmlulek il-ħsara.

Meta kiteb Carmelo Psaila Mons (Dun Karm) (1871-1961) Malta kellha taqlib politiku fit-tmexxija u ħareġ l-aqwa kitba. Meta kiteb Aleksandr Solzhenitsyn (1918-2008) kien mjassar, b’għassa fuqu fiċ-ċlampu u dlik u sirda u ċaflis, kiteb The Gulag Archipelago, 1918-1956: An Experiment in Literary Investigation, Books I-II.

Meta kiteb Erin Serracino Inglott (1904-1983) ġol-kenn fil-blat, bil-bombi neżlin. Meta ġie Sawlu, mgħammed Pawlu, fil-gżira fid-DAMDIM; baħar imqalleb li waddab lilu u l-ġifen tiegħu lejna u ħallielna l-wirt : it-twemmin!

X’inhu d-damdim tiegħek? Ġo moħħok, ġo qalbek, ġo qrabatek, fil-familja, fir-raħal, belt jew irħajjel fejn tgħix, jew teħel fih, jew taħdem ġo fih.

Damdim ilbieraħ, damdim għada, damdim illum, dejjem se jkun hemm, trid tagħraf kif tasal fid-daħla tal-mistrieħ fil-kenn tal-qalb.

Ġarrabna fit-13 ta’ Jannar 2016 terremot f’ħafna oqsma fil-gżira, u ħajjitna terremot,  u xorta rridu nidħlulu u nirnexxu.

Rota mutur b’rota waħda

altX’jibqa’ kieku kellek taqsam Segway jew scooter? Ikollok l-iscooter elettrika Ryno, li nstab li hu impossibbli li taqa’ minn fuqha. Din hi scooter b’rota waħda, li tieħu l-enerġija tagħha minn batterija u barra milli tinstaq b’ħeffa ta’ 25 mil fis-siegħa, tista’ tipparkjaha fejn trid, mingħajr ma tħallas.
 
Ir-rota kienet disinjata minn Ryno Motors, li jinsabu f’Portland u saret speċifikament għal dawk in-nies li jħossu li t-trasport pubbliku qed iwassalhom tard fejn ikunu jridu jmorru u apparti dan ma jħallsu xejn biex jipparkjawha. Hi taħdem bħas-Segway, jiġifieri s-sewwieq irid imil ’il quddiem biex jaċċellera u jintelaq ftit lura biex inaqqas il-ħeffa tas-sewqan, jew jieqaf.
Iżda kontra s-Segway, l-iscooter Ryno għandha teknoloġija li jekk is-sewwieq jiġġenneb ħafna lejn ix-xellug jew il-lemin, inkella ’l quddiem jew lura, ma jinqalibx. Ir-Ryno tiżen 57 kilogramm u titla’ għoljiet sa 30 grad. L-idea għaliha ġiet lil bint il-Kap Uffiċjal Eżekuttiv Chris Hoffmann, fl-2009. Hi kienet rat mutur b’rota waħda f’logħba li kienet qed tilgħab u talbet lil missierha jagħmlilha waħda bħala biex tmur biha lejn l-iskola.
 
altHoffman hu tal-fehma li bi prodott bħar-Ryno, sewwieq jista’ jgħaddi minn sqaqien u mill-ġonna bla ma jkun ta’ periklu għal ħadd. B’hekk jasal ferm qabel. Id-disinjaturi qed jgħidu li tista’ tittella’ wkoll fuq il-ferroviji jew tinsaq f’postijiet pedonali. Il-batterija tagħha tista’ tinqala’ biex terga’ tiġġenera l-enerġija fiha, billi jiddaħħal il-plug tagħha fid-dawl. Biex tagħmel hekk iddum madwar siegħa u nofs.
 
Hoffman jgħid ukoll, li biex persuna titgħallem issuq ir-Ryno, kulma tieħu hi nofs siegħa u n-nies li jarawk jaħsbuk artist taċ-ċirku.  Meta kienet inawgurata tliet snin ilu, ir-Ryno kienet stmata li tiġi tiswa madwar €2595.57.
 

Ix-Xatt tal-Isla… Kif niftakru jien

Għalkemm twelidt l-Isla, fi Strada S. Giuseppe, tgħammidt fil-knisja tal-Vitorja  fejn ukoll għamilt il-Preċett u dħalt għall-ewwel darba fl-iskola primarja tal-Isla, issa għaddew 75 sena minn meta jien irqadt l-Isla għall-aħħar darba.

Infatti xħin sebaħ il-11 ta’ Ġunju, 1940, ommi qajmitni bilwieqfa fuq is-sodda, libbsitni malajr waqt li kien jinstema’ sparar ta’ kanuni u, ma nafx kif u x’fatta sibt ruħi l-Mosta.  Kelli seba’ snin u issa kont bdejt ħajja ġdida  fil-Mosta.  Konna familja ta’ tmienja dakinhar.  Illum, s’issa, baqa’ jien biss minnhom għalkemm il-familja tagħna  llum tikkonsisti f’ħafna iżjed minn tmienja.

Għaddew tliet kwarti ta’ seklu, iżda l-Isla jien ma nsejthiex.  Infatti minn meta spiċċat il-gwerra sal-lum jiena bqajt inżurha regolarment u spiss.  Jiddispjaċini, imma, li jien l-Isla ma naf lil ħadd u fl-Isla, lili, ma jafni ħadd… U allura nkun qisni ħuta barra mill-ilma.

Sena ilu, is-Sur Ryan Muscat, Editur tal-magazin ‘Marija Bambina Senglea’, ġentilment għoġbu jippubblikali artiklu fil-magazin tieghu. F’dan l-artiklu jien ktibt f’ċerti dettalji l-istorja naqra stramba ta’ kif il-familja tiegħi, mill-Isla sabet ruħha l-Mosta.  Permezz ta’ dak l-artiklu jien stennejt li nista’ b’xi mod  niltaqa’ ma’ xi tfal, illum xjuħ bħali, li mhux biss konna nafu lil xulxin l-Isla, iżda wkoll bqajna nafu lil xulxin il-Mosta, fejn ilkoll kemm aħna konna sibna ruħna minħabba l-gwerra. Dak iż-żmien il-Mosta, għalina n-nies tal-Kottonera jew ma kinitx teżisti jew inkella kienet id-dinja l-oħra. Il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni, dak iż-żmien, kienu għadhom primittivi ħafna. Fost persuni li niftakar mill-Isla kien hemm l-aħwa Joe, Vincent u Twanny Gatt li kellhom ukoll oħthom u li niftakar eżatt id-dar fejn kienu joqogħdu hawn il-Mosta;  Lorry Ciantar u ħutu Sophie u Georga, missierhom Fredu, ommhom Melita u n-nanna, qabla, Duminka.  Iltqajna magħhom fl-artiklu tas-sena l-oħra.  Kemm l-Isla kif ukoll il-Mosta konna noqogħdu bieb ma’ bieb. Jista’ jkun kien hemm oħrajn li nsejthom għalkemm niftakar tajjeb ħbieb oħra mill-Birgu kif ukoll minn Bormla. Ma smajt xejn minn ħadd, iżda.

Għamilt kuraġġ nerġa’ nikteb għax mill-kuntatti li kelli jidher li min qara l-artiklu ħa pjaċir iġedded ċerti memorji jew jitgħallem affarijiet li hu qatt ma kien sema’ bihom. Anki persuni hawn il-Mosta, dilettanti tal-festi, kellhom kopja tal-magazin u kellmuni fuq dak li kienu qraw u ‘skoprew’ fuqi.  Għax  l-istorja ta’ kif jien sibt ruħi l-Mosta mhux biss hi stramba, iżda wkoll ikkumplikata. Jekk is-Sur Muscat jogħġbu jerġa’ jippubblikali wkoll dan l-artiklu, nirringrazzjah bil-quddiem.

Jien ħarġuni mill-Isla qabel kont għalaqt it-tmien snin. Kont fit-tieni sena tal-iskola Primarja, Stage two konna ngħidulha. Meta dħalt l-iskola jien; ħija l-kbir, Alla jaħfirlu, kien ġa beda jgħallem f’din l-istess skola. Kien fl-aħħar tat-tletinijiet: 1937/8/9?  Xi ħaġa hekk. Ironija tad-destin, jien ukoll kont għamilt xi ġranet ngħallem fl-istess klassi li fiha kien jgħallem ħija. Iżda kien xi ħamsin sena wara.  Billi għaddew ħafna snin u billi domt hemm ftit ferm, ma niftakarx tfal. Niftakar biss tifla    ċkejkna u gustuża li kienet toqgħod quddiem il-parroċċa u li kien kunjomha Gaffarena. Illum qed  toqrob lejn l-erbgħin!  Kif itir iż-żmien!

Żvijjajt naqra mis-suġġett prinċipali għax kif jgħidu, il-kliem bħaċ-ċirasa. U jien jekk naqbad inlablab, ma niqafx malajr!

Mela.  Kif ġa ghedt, jien tlaqt mill-Isla meta kelli seba’ snin u meta spiċċaw l-attakki fuq Malta fl-1943 jien bdejt nerġa’ ninżel l-Isla. Fil-bidu kont ninżel m’ommi u meta kbirt ftit kont bdejt ninżel waħdi. U allura l-Isla kont ġa nafha sewwa u niftakar tajjeb ħafna affarijiet li llum m’għadhomx hemm.

Missieri, barra li kien jaħdem shipwright mal-Ammiraljat, wara x-xogħol kien jagħmel xi frejgatina biex jaqla’ lira żejda. Kellu garaxx ix-xatt. Aħna konna nsejħulu maħżen. Għadu hemm sal-ġurnata tal-lum u ma nbidel fih assolutament xejn. Qiegħed fuq ix-xellug ta’ Dar S. Anna, fejn hemm xi erba’, ħames tarġiet. Quddiemu hemm parapett. Ifakkarni meta jien u tifel ieħor, naf min hu, konna għamilna dnub kbir li ma kontx naf kif se naqbad inqerru meta għamilna l-preċett. Kellna xi ħamsa, sitt snin, meta wieħed minna mar jagħmel pipì fir-rokna ta’ dal-parapett u l-ieħor mar jittawwallu ħalli jaċċerta ruħu li konna l-istess! Meta tfarfart u dħalt il-Liċeo, wara l-iskola li kienet tispiċċa fis-siegħa ta’ wara nofsinhar, spiss kont nibqa’ sejjer ħdejh u niltaqa’ ma’ xi tfal oħra li kont naf anki fil-Mosta.

Il-liċeo kien il-Belt u fi ftit minuti lanċa kont nasal.

Qabel bdiet il-gwerra kont inqatta’ ħafna ħin ix-xatt indur ma’ saqajn missieri u narah jaħdem. Dak iż-żmien ix-xatt ma kienx wiesa’ bħal-lum u lanqas kien jasal sal-ponta. It-triq kienet tieqaf xi mkien fejn hemm dak l-għar bil-Madonna, u jekk niftakar sewwa, dak l-għar konna ngħidulu l-Għar ta’ Mikelin. Niftakar sewwa  jew qed inħawwad?

Quddiem Dar S. Anna, fejn hemm il-kantuniera u fejn sa ftit ilu kien hemm mekkanik jaħdem, hemmhekk kien hemm gabbana ċkejkna. Illum ngħidulha kjosk. Bil-pulit. Ġurnata fost l-oħrajn, kien il-Ħadd, missieri kien qiegħed hemm jieħu xi flixkun birra u jien kont miegħu nixrob flixkun luminata.  Dak iż-żmien dal-ħafna xarbiet li hawn illum ma kinux jeżistu. Xarba waħda:  luminata. Jew bajda, jew ħamra. U aħna t-tfal, dejjem, konna nagħżlu l-ħamra. Ħin minnhom deffist irkoppti bejn il-ħadid ta’ saqajn il-mejda, u meta ġejt biex noħroġha  sibt li rkoppti kienet weħlet. Missieri tah tal-qamar u telaq jiġri lejn il-maħżen, erba’ passi bogħod, biex iġib xi ħaġa ħa jaqlagħhieli. Iżda rkoppti nqalgħet waħedha qabel wasal is-sokkors. Jidhirli li dik il-parti, fejn illum hemm slip, konna ngħidulha x-Xewkija.  Allura darba, waqt li kont quddiem id-dar tagħna fi Strada S Giuseppe, nara lil ħija ikbar minni, Alla  jaħfer lilu wkoll, dieħel id-dar, imxarrab għasra u wiċċ imqarras kważi jibki. Kien waqa’ l-baħar hemm, ix-Xewkija, u għal naqra ma għeriqx għax ma kienx jaf jgħum.

Il-port, dak iż-żmien, kien ikun fih għaxqa. Numru kbir ta’ bastimenti tal-gwerra kienu jkunu sorġuti fin-nofs bejn ix-xatt tal-Isla u x-xatt tal-Birgu.  Dak iż-żmien in-Navy Ingliża kienet fl-aqwa tagħha u l-bastimenti kienu jorbtu ma’ bagi kbar f’nofs il-port. Il-kbar nett kienu jorbtu fid-daħla tal-port, bejn ix-xatt tal-Belt u l-ponta tal-Isla. Fuq dawn il-bastimenti kont tara mijiet ta’ baħrin kulħadd għal xogħlu. Baħrin imdendlin mal-ġenb tal-bastiment jiżbgħuh bi xkupi kbar, baħrin mexjin fuq il-gverta, iqandlu jew iġorru xi affarijiet, jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku: jaqbżu ħbula, jibbuksjaw, jiġru… Kont tara wkoll partita laneċ żgħar jiġru min-naħa għall-oħra biex iwasslu xi uffiċjali għoljin minn post għall-ieħor. Kienu jidhru wkoll vapuri ta’ rmonk, tug boats, miżbugħin ħomor,  ikarkru xi bastiment bil-ħsara biex idaħħluh fil-baċir. Iġebbdu xi ċattra kbira mgħobbija b’kull xorta ta’ oġġetti, jiġbdu dawk li jgħidulhom cooking lighters li kienu jipprovdu l-bastiment b’xi affarijiet tal-ikel… Niftakar ir-Robust,  ir-Roysterer u l-Ancient. Dan tal-aħħar mhux bl-iskrejjen kien jimxi, iżda b’żewġ roti kbar, waħda kull naħa. Paddle boat! Forsi għalhekk Ancient. Imbagħad tara xi lanċa tal-pass, isserrep bejn il-bastimenti biex tasal f’postha.

Ix-Xatt kien mimli ħwienet tax-xorb li kienu frekwentati ħafna mill-baħrin.  Dawn il-baħrin, kollha żgħażagħ, kienu jkunu ilhom ġimgħat sħaħ fuq il-baħar u kienu jkunu mxennqin minn kollox. Malli jinżlu l-art ġirja waħda għal dawn il-ħwienet  biex ipattu ta’ kemm ikunu ilhom f’nofs ta’ baħar.  Jixorbu, jkantaw, jiġġieldu, jiskru, jagħmlu ħbieb u jerġgħu jiġġieldu… sakemm jiġu għalihom tar-Red Cap u jkaxkruhom lura abbord. Mijiet oħra ta’ baħrin jippassiġġaw ix-xatt jew jistennew xi dgħajsa biex toħodhom lura fuq il-bastiment. Insomma kien ikun hemm kummerċ kbir.  F’kull sens!                                                             

Mhux biss. It-Tarzna tal-Ammiraljat dak iż-żmien kienet timpjega fuq l-għaxart elef ruħ. Kienet tarzna li trid tieħu ħsieb tal-bastimenti kollha tan-Navy Ingliża li jkunu fil-Mediterran; riedet tieħu ħsieb il-port bl-inġenji kollha li kien ikun fih u kienet tagħmel ukoll xogħol kummerċjali meta dak ix-xogħol ma kienx ikun jista’ jsir jekk mhux fit-tarzna. Parentesi ċkejkna:  Meta saret l-iskultura fil-koppla tar-Rotunda tal-Mosta kien hemm bżonn ta’ biċċa armar mhux biss inġenjuża, iżda wkoll goffa ħafna. Darba qaluli li ħafna minn dan l-armar kien inħadem it-tarzna. Pass lura. Allura malli jsir il-ħin u kienet iddoqq il-palomba (il-Mosta sirena jgħidulha), l-eluf ta’ ħaddiema tat-tarzna kienu jaħarbu ’l barra. Ħafna kienu joħorġu min-naħa ta’ Bormla, iżda ħafna oħrajn kienu joħorġu mill-Macina u ġirja waħda biex jilħqu l-lanċa li kienet twassalhom il-Belt. Ix-Xatt, eżatt quddiem il-latrina, kien hemm il-Pont tal-laneċ, konna ngħidulu. Dan kien għadu hemm anki wara l-gwerra. Kien hemm ieħor il-Birgu quddiem il-monument tal-Ħelsien u ieħor il-Belt.  Apparti ieħor tas-Sliema.

X’kien dan il-Pont? Dak iż-żmien la l-vapuri u lanqas il-laneċ ma kienu jitrakkaw max-xatt minħabba li l-baħar ma kienx fond biżżejjed.  Allura dan il-pont kien speċi ta’ ċattra kbira tal-injam u l-ħadid, mgħottija b’saqaf taż-żingu. Il-passiġġieri jitilgħu fuqha, isibu kaxxier fin-nofs jaqtgħalhom il-biljett u jibqgħu sejrin jirkbu l-lanċa li tkun trakkata mal-pont. Bħala tifel jien kont nieħu pjaċir noqgħod inħares ’l isfel fl-istiva ħalli nara raġel jimpala l-faħam fil-galley, li tgħidx kemm jibda jivvampja. Dan in-nar kien isaħħan il-misħun fil-boiler u allura jagħmel l-isteam li jħaddem il-magna.  Il-magni kienu għadhom jaħdmu bl-isteam. Għalhemm steamer u għalhekk vapur, minn vapore bit-Taljan.

Fil-port ukoll, f’kompetizzjoni mal-laneċ, kien ikun hemm biżibilju ta’ dgħajjes jistennew li jdabbru xi kirja biex jieħdu xi baħrin abbord jew iniżżlu xi baħrin l-art. Jingħad li minbarra x-xogħol normali tagħhom ta’ barklora, kien isir ukoll ħafna ‘negozju’ ta’ bejgħ, tpartit u serq bejn barklori u baħrin li jkunu spiċċawlhom il-flus. Kienu jitniżżlu ħafna affarijiet minn fuq il-bastimenti li ħafna drabi kienu jinbiegħu bl-irħis. Sigaretti, xorb, żebgħa… insomma kulma l-Bambin jipprovdi.

Bħala tfal konna nieħdu ħafna gost naraw baħrin fil-pruwa tal-bastiment tagħhom ixejru l-bandieri qishom qegħdin jaraw xi logħba futbol. Fil-fatt dawn kienu jkunu qegħdin jibagħtu messaġġi lil xi bastiment ieħor. U jekk ma jkunux qed ixejru bandieri, kienu jkunu qegħdin bi speċi ta’ searchlight żgħir quddiemhom jixegħlu u jitfu d-dawl. Dawn ukoll kienu jkunu qegħdin jibqgħtu messaġġi. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni dawk iż-żminijiet kienu għadhom primittivi għal kollox.

Fix-Xatt niftakar ċerti ħwienet partikulari. Ħdejn dar S. Anna, erba’ metri bogħod mill-maħżen  ta’missieri, kien hemm ħanut, naħseb ta’ mekkanik jew ħaddied. Kienu jgħidulu s-Sikki. Bħala tfal konna noqogħdu niġbru l-frak tal-ħadid li jaqa’ meta kien iħaddem jew it-torn jew xi trapan… Qribu kien hemm ħanut tax-xorb, id-Dan Cow. Fil-gwerra waqa’ u ma reġax inbena. Kien fil-kantuniera kif iddur lejn il-ponta. Ieħor maġenbu, jidhirli biss, it-Trocadero? Sa ftit ilu x-xatt kont nara waħda minnhom – bħala tfal jien u hi konna nilagħbu flimkien. Dan l-aħħar ma rajthiex iżjed. Naħseb li d-dixxendenti ta’ dawn għadhom joqogħdu x-Xatt. Quddiem il-pont tal-laneċ kien hemm wieħed jikri l-karozzi. Dak iż-żmien il-karozzi kienu rarissmi. Kienu jgħidulu l-Kajxu. Fis-sajf ġieli ninżlu nieklu f’ħanut eżatt, jew qrib ħafna fejn kien dal-bniedem. Qed nikteb mill-memorja wara ħamsa u sebgħin sena. Jiġifieri dan li qed taqraw mhux vanġelu.  Iżda…..

Sadanittant, wieħed minn ħuti, Karmenu, kien daħal fil-MUSEUM (mużew). U m’hemmx għaliex ngħidu daħħal lili wkoll miegħu. Xejn xejn kont se nibda nipprepara biex nagħmel l-Ewwel Tqarbina. Niftakar il-mużew kien lejn il-Knisja ta’ S Flippu. Kien  f’side street, aħna u neżlin ’l isfel fi Strada Due Porte. Kienet side street max-xellug. Quddiemha, wara l-gwerra, kien hemm ħanut tal-ħaxix u merċa ta’ raġel ieħor ,li anki hu kien refuġjat il-Mosta u kien ħabib kbir ta’ ħija l-kbir. Il-Kirjolò kienu jgħidulu. U niftakar qisu l-bieraħ, ingħidu talba li meta kbirt tgħallimt li dit-talba kienet tingħad għax il-gwerra kienet waslet qrib ħafna. Talba lil S. Ġużepp:

O mqaddes Ġużeppi,

Fil-hemm li fih ninsabu,

Lejk nirrikorru eċċ. eċċ.

U nispiċċaw  billi nitolbu lil S. Ġużepp jeħlisna mill-orruri li qegħdin jeqirdu lid-dinja. M’hemmx għaliex ngħidilkom li dil-kelma orruri bilkemm naf xi tfisser illum, aħseb u ara! Iżda lilna t-tfal kienet togħġobna!

Kif rajna, ix-Xatt kien ikun hemm attività kbira ħafna. Iżda mhux biss ix-Xatt. Triq il-Vitorja wkoll kellha ħafna ħwienet u kummerċ mhux ħażin. It-triq dejjem iffullata bin-nies, jippassiġġaw, deħlin u ħerġin mill-ħwienet, ipaċpċu. Kien ikun hemm ħafna ħajja. Niftakar li xi mkien fejn kien hemm il-Madonna tan-Nofs, kien hemm sala tat-talkies; id-Domus konna ngħidulu? Darba żgur kont mort nara film hemmhekk. Dak iż-żmien ftit ferm kien hemm familji li kellhom karozza. Terġa’ l-familji kollha kien ikollhom partita tfal u allura l-maġġoranza assoluta tan-nies kienu jibqgħu fil-belt jew raħal tagħhom. Dak il-ħafna ħruġ tal-lum ma kienx jeżisti. In-naqra sfog tal-familji kien f’raħalhom stess. Dak iż-żmien mhux il-karozzi biss kienu rari ħafna, iżda  kważi kulma għandna llum ġo djarna anqas biss konna noħolmu bih.  Lanqas  ilma u dawl ma kont issibu fid-djar kollha. Ħafna rħula lanqas sistema ta’ drenaġġ ma kellhom. L-elettronika kollha li nafu biha llum, lanqas ħadd ma qatt kien sema’ biha u riedu jgħaddu ħafna snin wara l-gwerra biex dehru l-ewwel settijiet tat-TV. Meta t-temp kien jippermetti, ħafna familji kienu joħorġu s-siġġijiet barra u joqogħdu jpaċpċu. Fis-sajf, imbagħad, ħafna kienu jinżlu x-Xatt.

Sadanittant il-gwerra baqgħet riesqa lejna. F’Settembru tal-1939, l-Ingilterra u Franza kienu ġa ddikjaraw il-gwerra kontra l-Ġermanja, iżda billi l-ajruplani kienu għadhom ma jtirux ’il bogħod ħafna, lilna, hawn Malta, ma kinux jilħquna. Iżda kulħadd kien qed jistenna lill-Italja tidħol fil-gwerra. U l-Italja qrib tagħna. Allura kull tant żmien, madwar il-port kien isir dak li konna ngħidulu black out. Jintfew id-dwal kollha bħala preparazzjoni f’xi każ li jiġu xi ajruplani jitfgħu l-bombi. U spiss ħafna kien jinstema’ ħafna sparar ta’ kanuni li kienu bdew jintramaw madwar Malta kollha. Jien kont nibża’ kemm mid-dlam kif ukoll mill-isparar u ħafna drabi kont insib refuġju f’ħoġor ommi. Allura din kienet tressaq ħalqha ma’ widnejja u tgħidli l-kelma maġika: Manuvri. Xi tfisser dil-kelma ma kontx naf, iżda moħħi mistrieħ li la manuvri,  u la qalithieli ommi, allura m’hemmx minn xiex nibża’.

Ma għaddiex wisq  żmien li ma bdewx  jitħaffru x-xelters. Kollox kien juri li l-gwerra ma kinitx bogħod minna. Numru kbir ta’ ħaddiema jaħdmu bla waqfien biex iħaffru dawn ix-xelters li eventwalment  salvaw mijiet ta’ ħajjiet. U meta fis-sebgħa ta’ filgħodu, 11 ta’ Ġunju 1940 bdejt nisma’ l-isparar, ommi ma qalithilix il-kelma manuvri. Ma qaltli xejn anzi.  Sempliċement qajmitni, libbsitni u… l-kumplament tafuh.

Giov DeMartino  – April 2015

Matters of the Heart

Richard Watkins, known as ‘Watty’, worked hard and was a successful businessman. For many years his construction business flourished and expanded to include turn-key operations, real estate and furniture manufacture. 

Although he loved life, he lived quietly in a lovely countryside cottage just outside rural Rotterham. He was divorced from his first wife from whom he had a daughter Lucy, now fifteen, who lived with him. As it often happens with successful people in mid-age, he fell in love again and married Jennifer who was thirty years his junior. He loved to be seen with his young, vivacious and beautiful wife at parties. He was sure that his friends and colleagues envied him. He drove his staff hard, as he also did himself, but he was fair with them, compensating them with above-average wages and bonuses when a project was completed and proved successful. 

One day while digging the garden on Sunday, he felt a sharp pain in his chest. As it passed immediately he did not think more about it. A week later, however, he felt the same sharp pain again while arguing with his foreman because of delays in delivering an important contract. 

He recounted this to his wife when he got home and she advised him that he must see his long-time friend and trusted medical consultant Dr Rennie Martin as early as possible. “It’s nothing extraordinary”, he scoffed, “I’m as healthy as a bull, it’s probably indigestion, no need to worry.” But Jennifer insisted that she accompanies him to Dr Martin on the morrow. 

When Richard visited Dr Martin at his surgery, it was more like a meeting between friends than a medical check-up. He introduced him proudly to his wife saying that she was the woman who had finally stabilized his life. 

Dr Martin could not but admire his friend’s attractive young wife. She was wearing a tightly fitted white mini dress, accentuating her best body features. She was, undeniably, a beautiful and sexy woman. His friend had made a nice capture. After he had carried out a thorough check-up, his stetiscope dangling freely from his neck, he said “You must have been over doing it Richard.”

No, I haven’t”, replied Richard. “I live a quiet life really; I don’t jump up and down, or climb lamp-posts or play rugby.” “What about the demands of the business?” retorted Dr Martin. “My job is no more a strain than it’s always been”, replied Richard, now buttoning up his shirt. 

Dr Martin sat down behind his desk facing his long-time friend and his wife. “But keep in mind that when one gets older, stress is something to bear in mind”, warned the doctor.  “I mean any kind of stress brought about by excessive personal activity which makes your heart beat faster”, he continued.  He wanted to say excessive sexual activity but refrained from being explicit hoping that his friend, but not his wife, understood what he wanted to imply.  

I’ll admit that I felt tightness in my chest on both occasions. I presumed that it was indigestion. I think that you are now telling me that it wasn’t.” said Richard while holding on to Jennifer’s hand. 

The doctor knew that his friend was fifty five, but with his grey thinning hair and lines around his eyes, he looked older. He suggested that the stress, business or otherwise, could have been largely responsible for the friend’s chest pains.   

You’ve managed to develop a slight hardening of the arteries and the pain was caused by your blood struggling to reach your heart. The pains were not indigestion but warning signals from your body. I’m going to prescribe an aspirin a day to help your blood thin and flow freely,” explained Dr Martin.      

What does it all mean Rennie?” asked Richard although he had no doubt what his friend’s message was. “It means that stress has to be avoided. If you take the daily aspirin and follow a salt-less and fat-less diet, you should keep your condition stable.” replied the doctor. “Come and see me any time you want. It’s advisable to keep your blood pressure in check”, he continued. “I will, I will Rennie”, said Richard. 

Two months passed but the doctor did not see his friend again and he wondered how he was faring. “Probably too much immersed in his work,” thought the doctor. One day, just before closing his surgery after a hectic afternoon seeing his patients, the telephone rang. 

Nevertheless, he picked up the receiver and said “Dr Martin here”. The young female voice at the other end, evidently agitated, said, “Lucy here doctor, Richard’s daughter, can you please come, its urgent. I think it’s a heart attack, seems heart’s stopped beating, I’m terrified!” 

I’ll phone emergency for an ambulance immediately. I’ll be there in a few minutes Lucy. Just don’t move him OK?” he urged. “It’s not Dad doctor, he’s abroad this weekend, it’s Mum Jennifer, I think she’s dead!!

Daħla

Wara li f’dawn l-aħħar ħames snin jien ippubblikajt tliet kotba, kollha relatati ma’ kliem antik Malti u s-sinifikat tiegħu matul iż-żmien, jien kont ikkonkludejt li dak il-kliem kollu li kelli nispjega lill-qarrejja issa kien lest kollu kemm hu. It-tliet kotba huma Bejn Kliem u Storja, Ara x’Int Tgħid u l-aħħar ktieb Biex il-Kliem Ikun Sew. Dawn it-tliet kotba għadhom jistgħu jinxtraw mingħand il-BDL.

Ħeqq, sewwa jgħid il-Malti, li ‘fid-dinja kulħadd jista’ jiżbalja’, u hekk ġrali jien. Dan għaliex wara li bdejt nitpaxxa b’dak li rnexxieli nippubblika, u nara l-impatt li dawn il-kotba ħallew fuq dawk li qrawhom, xorta għadni, minn żmien għal ieħor, insib xi kelma jew oħra ’l hawn u ’l hinn li jien s’issa ma kontx naf biha. Kultant kelma niltaqa’ magħha jiena u naqra xi ktieb antik, kultant meta nkun qiegħed nitkellem ma’ xi ħadd u dan isemmili xi kelma li kienet tingħad u li jien qatt ma bsart li teżisti.

Imbagħad kien hemm min ikkuntrarjani dwar dak li jien spjegajt u pprova jikkonvinċini li l-kelma kif spjegajtha jien mhux biss tfisser hekk imma tista’ wkoll ikollha tifsiriet oħra. Ħa ngħidu kollox, ġieli kellhom raġun. L-Ingliżi jgħidu, ‘Never say never again.’ U jien ser ikolli nobdi dan il-qawl Ingliż, anki jekk il-kotba ma ktibthomx bl-Ingliż, ħeqq!

Nittama li dak li se taqraw hawn jagħmel sens ta’ kontinwazzjoni ma’ dak li diġà deher u allura nqara minn bosta. Dan qiegħed ngħidu biex il-kliem ikun sew.

Martin Morana
Jannar 2016

Meqjus bl-iktar ħalliel stupidu fl-Ingilterra

Charles B. Spiteri

alt

Ħalliel xurban li ħataf stazzjon tal-petrol, liebes borża tal-plastik f’rasu, intbagħat sentejn ħabs.

F’umiljazzjoni akbar, il-kompliċi tiegħu ipprova jbellagħha lill-ħaddiema mara tal-pompa, li ċ-ċellulari tiegħu kien pistola – iżda nqabad meta nxtegħlitlu l-keypad. Allura għafset l-allarm. Namie Neil, ta’ 41 sena kien arrestat wara li Lauren Holley pulizija mara, li rat il-filmat tas-CCTV għarfitu jumejn wara s-serqa, meta kienet qed issuq biex twassal lil ommha d-dar. Hi ma kinitx b’xogħol, iżda ċemplet l-għassa għall-għajnuna.

Il-Qorti semgħet kif Neil u Gareth Tilley, ta’ 20 sena kienu d-dar meta qatgħuha li jisirqu l-garaxx. Huma qabdu l-aktar oġġett qrib tagħhom biex ma jingħarfux. Tilley dawwar xalpa ma’ rasu iżda Neil libes borża tal-plastik trasparenti u għalhekk, wiċċu ġie jidher sew fuq is-CCTV. Xi jiem wara, uffiċjal li ma kienx fuq xogħol għaraf lil Neil fit-triq.

Waqt is-seduta tal-Qorti, id-Ditektiv Steve White qal li l-mod li bih Neil ipprova jqarraq fid-dehra tiegħu kien l-aktar mod ridikolu li qatt iltaqa’ miegħu. Il-qorti semgħet ukoll li ż-żewġt irġiel kienu f’sakra ma jarawx art meta ħatfu l-istazzjon tal-petrol.

Anzac

altANZAC   Wara l-pubblikazzjoni tal-ktieb Ara x’Int Tgħid, li fih din il-kelma kienet imfissra, kien inawgurat mafkar fl-Argotti biex jikkommemora lil dawk is-suldati Awstraljani u New Zealandiżi li mietu f’Gallipoli. Dan il-monument maħdum minn Ġanni Bonnici kien inawgurat fit-23 ta’ Mejju tal-2013.

Fabiżonjo

FABIŻONJO   Terminu li fl-antik kien jintuża ħafna min-nies tal-palk. Din il-kelma tirreferi għall-oġġetti li jkun hemm bżonn jintużaw mill-atturi waqt ir-rappreżentazzjoni u l-interpretazzjoni tal-karattri tagħhom fid-dramm. Il-kelma spiċċat tirreferi wkoll għal dak il-bniedem li jkun dejjem wara l-kwinti biex hekk kif ikun se joħroġ l-attur inewwillu jew ifakkru biex joħroġ miegħu dak l-oġġett li għandu bżonn iżomm, eż. ktieb, sikkina, maktur u affarijiet simili li jkun se juża waqt l-interpretazzjoni tiegħu. Tal. fa bisogno.

Ħajja sempliċi bi ftit infiq

Charles B. Spiteri

BDL Books - Laqtiet

Hi tabilħaqq ħajja tajba għal Yvonne u Steven Lucas, li jonfqu biss madwar €4.60 fix-xahar għall-kont elettriku u s-sħana tad-dar tagħhom. Dan kollu billi jgħixu l-‘Ħajja t-Tajba.’

Yvonne ta’ 48 sena u Steven ta’ 53 minn Hampshire, naqqsu l-kontijiet tad-dawl tagħhom billi stallaw il-pannelli solari, ikabbru l-ħxejjex u l-frott li jikkunsmaw u jiġbru l-ilma tax-xita biex jifflaxxjaw il-lokijiet tagħhom.

Il-koppja prudenti fasslu ħajjithom fuq il-karattri tal-kummiedja televiżiva tas-sebgħinijiet, The Good Life, li fiha kienu jieħdu parti Richard Briers u Felicity Kendal. Dawn kienu ħolqu mod ta’ ħajja sempliċi u suffiċjenti għalihom infushom.

Mindu stallaw arloġġ tal-ilma raw il-kontijiet tal-bungalow tagħhom, bi tliet kmamar tas-sodda, jinżel minn €232 fis-sena għal inqas minn €35 kull sitt xhur. Għandhom ukoll biċċa art f’Surrey, b’xehdiet tan-naħal biex jipproduċu l-għasel u tiġieġ biex ikollhom bajd frisk.

BDL Books - Laqtiet

Il-makakk Steven xtara l-ewwel sett ta’ pannelli solari fl-1992 u beda l-kampanja ta’ tfaddil tiegħu sa minn meta spiċċa bla xogħol fl-2010. Hu, li kien jaħdem bħala inġinier tal-elettronika jgħid li: “Konna żorna ċ-Ċentru tat-Teknoloġija f’Wales fl-1992 u xtrajna l-ewwel par ta’ pannelli solari. Minn hemm evolvejna.

“Dejjem kabbarna l-prodotti b’mod organiku, iżda mill-ewwel rajna li kellna naħdmu ferm aktar b’risq l-ambjent biex matul is-snin ikollna aktar u aktar prodotti li nikkunsmaw. Yvonne u Steven, li  għandhom żewġ ulied subien, James, ta’ 22 sena u Jonathan ta’ 19, stallaw il-pannelli solari fil-ġnien tagħhom ta’ 40 pied biex jiġġeneraw ilma sħun, li jużaw fid-dar tagħhom.

BDL Books - Laqtiet

Yvonne, li hi għalliema qalet: “Aħna ma ngħaddux elettriku lill-grid nazzjonali, peress li naħżnu l-enerġija f’sistema mħaddma minn batterija ta’ żewġ kilowatt. “Jekk il-ġirien ma jkollhomx provvista tad-dawl, aħna xorta nkunu nistgħu nixegħlu, nqabbdu l-magna tal-ħasil u dak kollu meħtieġ.

“Barra minn hekk, mis-sistema li ħloqna għall-ġbir tal-ilma jkollna madwar 1,000 gallun, li nużaw għal-lokijiet u għall-ħajja ta’ kuljum. Imbagħad, il-jams, chutneys, cordial u nbid nagħmluhom aħna stess, kif ukoll inżommu n-naħal għall-għasel. “Aħna minn dejjem kellna fi ħsiebna l-ġardinaġġ u r-riċiklaġġ, għax inħobbu stil ta’ ħajja b’ambjent san.”

BDL Books - Laqtiet

Yvonne u Steven, li huma veġetarjani għandhom tliet qatgħat; żewġ serer u l-ġnien, fejn ikabbru aktar minn 15-il siġra tal-frott, varjetà kbira ta’ ħxejjex u ħwawar, fjuri u numru ta’ vaski.