Karozzi ajruplani mis-sena d-dieħla

Charles B. Spiteri

altL-ewwel karozzi li jtiru se jibdew jinbiegħu lill-pubbliku mis-sena li ġejja. Id-ditta Terrafugia ħabbret li d-disinn tagħha – li f’parti hi karozza u f’parti oħra jet privat b’żewġ seats, erba’ roti u ġwinħajn li jingħalqu biex tkun tista’ tinsaq bħala karozza, se tkun għall-bejgħ dalwaqt.

Id-ditta, bil-bażi tagħha f’Massachusetts żvelat il-ħsibijiet tagħha għall-mudell TF-X, li se tkun żgħira biżżejjed li tidħol f’garaxx u ma jkollhiex ħtieġa ta’ mitjar biex tinqata’ mill-art.

Il-karozza-ajruplan Transition se tkun tista’ tinsaq b’ħeffa ta’ madwar 70 mil fis-siegħa fit-triq, waqt li fl-ajru ttella’ 115-il mil. Hi ttir billi tuża tank ta’ 23 gallun fuel  tal-karozza u taħraq ħames glalen minnhom kull siegħa li tkun fl-ajru. Hu maħsub li fis-sewqan fit-triq, tagħmel 35 mil bil-gallun u għat-triq fiha wkoll ir-rear-wheel drive.

It-Transition hi mgħammra b’żewġ airbags u paraxut għall-karozza sħiħa.

altIs-sena li għaddiet, it-Transition kellha l-ewwel prova, fejn taret f’għoli ta’ 1,400 pied għal tmien minuti. Dan meta l-jets kummerċjali jogħlew f’35,000 pied. Madankollu, il-prezz tat-Transition mhux se jkun irħis. Tiswa €23,960.51. Il-kumpanija Terrafugia ħabbret li s-sidien, irid ikollhom liċenzja ta’ pilota u jkollhom joqogħdu għal eżami ta’ 20 siegħa titjir, biex ikunu jistgħu jkollhom din l-karozza.

Il-karozzi li kapaċi jtiru, minn dejjem kienu fl-immaġinazzjoni tal-Amerikani u l-inventuri kienu ilhom biex jimmanifatturaw waħda sa mill-1930. Il-gvern diġà laqa’ t-talba tal-kumpanija, biex tuża roti speċjali u ħġieġ li hu eħfef min-normal. Dan biex ikun aktar faċli għall-karozza li ttir.

Il-kumpanija kienet ilha taħdem fuq din il-karozza sa mill-2006. Għall-bidu ħabbret li kellha tintroduċiha lill-pubbliku fl-2011, iżda kellha tittardja minħabba l-isfidi fid-disinn u l-problemi għal xi partijiet li riedet tordna mingħand kumpaniji oħra.

Metro lussuża fl-Arabja Sawdija

Charles B. Spiteri

alt

Il-passiġġieri tal-Underground  f’Londra dalwaqt jibdew jgħiru għall-aktar sistema tal-metro lussuża fid-dinja li se tkun lesta fi ftit snin.

B’dehra minn ġewwa li titqies bħala lukanda b’ħames stilel, ix-xogħol propost f’Riyadh, fl-Arabja Sawdija, se kollu disinn spazjali, b’passaġġi tal-irħam, ħitan miksijin bid-deheb u naturalment — peress li hu post sħun immens – sistema mill-aqwa ta’ arja kundizzjonata.

Il-faċċata se tkun magħmula b’mod li taċċetta li d-dawl jidħol ġewwa, waqt li fl-istess ħin tilqa’ s-sħana ħarxa tad-deżert.

Il-binja se jkollha sitt linji differenti li jitħaddmu flimkien, u sar il-ftehim mir-Re Abdullah li trid titlesta f’erba’ snin biss – l-istess żmien li ħadu l-bennejja fi New York biex irrinovaw stazzjon wieħed.

Li aktar jiffrusta lill-Ingliżi ta’ Londra hu l-fatt li din is-sistema ġdida għall-Għarab, kienet disinjata minn Zaha Hadid, perit nofsu Ingliż, li wettaq numru ta’ żviluppi moderni mad-dinja kollha.

Dan il-perit bl-uffiċċju f’Londra hu nofsi Iraqin u kien il-moħħ wara l-iżviluppi fil-Pjazza tal-Kapitali Hoxton u f’Eaton Place, kif ukoll fi proġetti internazzjonali fi bliet, fosthom New York, Singapore u Dubaj.

Qamar

altQAMAR   Rif. għal darba f’qamar. L-espr. t-tajba hija darba f’mitt qamar, u tfisser rarament.

alt

Skufja

altSKUFJA   Kappa tas-suf jew tal-għażel maħduma b’mod li tagħfas mar-ras minn fuq u b’żigarella tinżel mal-għonq u tinqafel taħt il-geddum. Din tintlibes l-aktar min-nisa u għaldaqstant tkun iddekorata mit-tarf bil-bizzilla. Tintlibes ukoll mis-sorijiet u tista’ wkoll tinħiet għat-trabi. L-espressjoni figurattiva ‘għadu jilbes l-iskufja’ tfisser li għadu qisu tarbija fl-imġiba tiegħu. Il-qawl ‘Kieku kelli nbigħ l-iskufji kieku t-trabi jitwieldu bla ras,’ jirreferi għal xi ħadd li fin-negozju jsofri dejjem.

Sors: Il-Qawl Iqul, p. 135.

Matriċi

MATRIĊI   Biex tkun vera Matriċi, il-knisja omm trid taddotta lill-parroċċa bint, u l-isqof jistabbilixxi għeliem kif il-parroċċa bint (li tissejjaħ ‘il-filjali’) għandha turi r-rispett lill-parroċċa omm. Pereżempju: Meta Ta’ Sannat, ix-Xagħra, in-Nadur u ż-Żebbuġ saru parroċċi, l-isqof semma x’kienu ngħataw bħala dota. Biss, kien ukoll ordna lill-kappillani l-ġodda biex jagħtu xemgħa ta’ libbra lill-arċipriet tal-Matriċi ta’ Santa Marija, waqt il-quddiesa solenni ta’ nhar il-festa titulari fil-15 ta’ Awwissu, lebsin bl-ispellizza u bl-istola, bħala għelm ta’ suġġestjoni lejh. Ħajr: Anton F. Attard.

Nixfa

Joseph Henry Abela, Qassis

Il-21 ta’ Ġunju jfisser bidu tas-Sajf, ifisser btala, ifisser sħana, telqa, għeja.

Jekk ma taħsibx minn qabel fejn jista’ jkollok il-frisk, tispiċċa biex taħrab kull xogħol, ħidma u ċaqlaq.

Jekk taħseb biex ikollok mkien ta’ kenn u ma telqekx. Is-sħana tħossok fl-aħjar tiegħek. Il-qsari jgħinu, ilwien ma jgħajtux ukoll. Xorb frisk jew inkella ikel bħal frott inaqqas is-sħana għalik.

X’għandek maħsub għas-sajf? Tarf ta’ ġonna qrib fejn toqgħod għandek fejn jista’ ikun hemm il-kurrent bejn persjana u bieb miftuħ, bejn ritratti tal-ilma u pultruna ħafifa u purtieri tal-qasab li jilqgħu s-sħana.

Is-sħana taf tixorbok u tnixxfek u toħodlok l-aptit kollu tal-ħajja. Jekk iżżomm ruħek fil-frisk, ilma bin-nagħniegħ, palju, imrewħa, kappell tat-tibna: kollox jgħin.

Tħallix is-sajf ikiddek. Bi ħsieb is-sajf ukoll jogħġbok u jagħtik saħħtek.

The Lottery Ticket

Everybody in the village knew Pawlu. Not because he held any esteemed position in the community, nor because he ever did anything exceptional to be remembered for, nor because he liked to mingle freely among the different folk of the village. However Pawlu was the church warden. It was always he who at every mass, be it on weekdays or on Sundays, with collection box in hand, went around the congregation collecting money for the church. And it was often he who led the faithful to recite the rosary before the first evening mass.  

Pawlu was 51 years old, still as light and agile as a cat, a good soul and a loving family man. But he had one obsession which only his wife knew about. He was a gambler. Not a heavy one mind you, but a gambler all the same. A man of very modest means, he always thought that one day he would be rich. 

All throughout his adult life, every week without fail, he staked a few euros either on a ‘lotto’ or a ‘super five’ or a ‘lottery’ ticket. With his optimistic nature he always expected that he would win, always thought that, this time, his numbers would come out of the large rotating urn holding all the issued tickets. But they never did and he never won. 

His wife Marie had a different character altogether.  She was mild-mannered, of a calm nature and satisfied with her position in life. Unlike her husband, she did not crave for more money and the modest wage Pawlu brought home each week was enough to make her life comfortable and enjoyable.  

Marie repeatedly admonished Pawlu for throwing away money over his weekly stakes. “A gambler”, she used to tell him, “is always a loser, never a winner!” If he had saved the money he had paid for the stake tickets he had bought these last thirty years, she always told him, they would have had a good sum of money in the bank, not nothing.

But Pawlu was certain that one day his numbers, which he never changed, would make him rich. “You’ll see Marie, you’ll see. When I win the one million euros, I’ll buy you a nice house in the new part of the village. And we’ll go for a long holiday. You’ll be so happy that I persisted in playing these blessed numbers”, he told her.

He continued with his mission in life, week in week out, always the same numbers, all signifying some dates or ages close to his heart. He did not trust his short-sighted wife to get him the tickets, being afraid that she would mess up his numbers. “Some day I‘ll become rich” he would often say to himself. And while in church, he would pray to his favourite saints to intercede on his behalf so that his wish would be granted. For thirty years he kept faith. “One day,” he always thought, “one day my luck will turn.”    

He would buy his weekly tickets, kiss them tenderly, put them in the jar on the top of the kitchen side-board and wait for the draw on the Wednesday. It was a ritual. Sometimes, out of the same five numbers on which he put his stakes, he would get one number right, or two, or on rare occasions, three numbers. But no wins. 

One evening Marie was following the draw on television. The numbers were being extracted from the rotating urn. One, two, three, four, five numbers!  Pawlu’s numbers! She could not believe it. She opened the jar, took out the tickets and WOW, they had won it, over one million euros. She just could not believe it!  

Pawlu was still at the church, assisting the parish priest at evening mass, after which he made preparations for the morrow’s early mass. Then he bid good bye to the parish priest and left for home. As soon as he entered the house Marie, tears in her eyes, shouted at him –“Pawlu, you’ve won, your five numbers have been drawn, and we’re rich Pawlu, rich!!

Pawlu stood motionless, at first not realizing what Marie was telling him. Then, still not sure, he told her. “Is it true Marie, this is no joke is it? How do you know?” “I am sure Pawlu. I just heard and saw the numbers on television. I checked with your ticket. Here see for yourself. They’re your five numbers!” she answered breathlessly.

The impact of this news then struck Pawlu. His thirty-year long cherished dream of becoming rich had finally come true. He was now the happiest man on earth. As this realization sunk in, his face became as white as a sheet; sweat seeped down from his face and a stabbing pain run across his chest.

As he clutched his chest with both his hands, he fell on the floor right in front of Marie. She uttered a scream and ran out for help. When the doctor came and examined him, he pronounced him dead. After Marie recounted the events as they had happened, the doctor certified that death was caused by a heart attack, probably following strong, emotional joy on hearing the news of his substantial win. 

But the story did not end there. It had another twist. After the funeral, Marie went to the Lotto Receiver with Pawlu’s ticket. He checked the numbers, looked at Marie and told her – “You have a winning ticket with four numbers, not five. The prize is 200 euros!” In her excitement Marie had made a mistake of the last number.

Pawlu, poor soul, had died in vain after all!

Irmied uman fil-‘bullets’

Charles B. Spiteri

alt

F’pajjiżi fejn il-kremazzjoni (il-ħruq tal-katavri flok dfin) hu komuni ferm, issa qed jingħata tifsira ġdida għall-familjari tal-mejjet.

Idea li żgur tingħoġob minn dawk li jħobbu l-armi tan-nar, hi dik ta’ kumpanija Amerikana li qed toffri li tissiġilla l-irmied tal-familjari f’bullets.

Il-kumpanija Holy Smoke (Duħħan Qaddis) tinsab f’Alabama u hi mmexxija minn Clem Parnell u Thad Holmes. Meta huma jippriservaw l-irmied fil-bullets, jagħtuhom lill-klijenti f’kaxxa speċjali ta’ preżentazzjoni. Iżda għal min ikun irid, huma jħalltu l-irmied ma’ splussiv u jwasslu lill-klijent fi vjaġġ, fejn ikun jista’ jispara xi wħud mill-bullets.

Il-ħlas hu ta’ €798 għal 100 bullet tar-rifle jew 150 bullet tal-pistola u €72.50 għall-kaxxa tal-preżentazzjoni magħmula mill-injam. Persuna medja tipproduċi bejn ħames u sitt libbri ta’ rmied wara l-kremazzjoni u Holy Smoke tuża biss libbra ta’ rmied biex twettaq ħidmietha.

Is-sidien tan-negozju jgħidu li jirċievu bejn erba’ u ħames ordnijiet fix-xahar mill-Istati Uniti, iżda hemm nies oħra li qed jidhru interessati, fosthom mill-Ġappun, l-Awstralja, ir-Repubblika Ċeka u mill-Gran Britannja.

Huma jsostnu wkoll li jekk il-fdal ta’ persuna jimtlew f’bullets mal-porvli, joffru assigurazzjoni lill-familjari f’każ li jidħol xi ħadd fuqhom biex jisraqhom, u b’hekk tibqa’ rabta sħiħa bejn il-mejjet jew mejta u niesu ħajjin. Hemm min jippreferi li bullet minnhom tkun pendent biex tinġarr kuljum fuq il-persuna li tibqa’ ħajja.

Misraħ

MISRAĦ (pl. msieraħ)   Ġan Franġisk Abela (1647) jiddeskrivi l-misraħ bħala l-pjazza tar-raħal qrib il-knisja, fejn in-nies kienu jinġabru fil-jum tal-Ħadd jew f’xi festa pubblika biex iqattgħu l-ħin jitħaddtu flimkien. Fil-ktieb Place-names ta’ Godfrey Wettinger insibu aktar minn erbgħin post li fih hemm inkluż dan l-appellattiv. Biss, dawn x’aktarx kienu nħawi fejn jirgħaw il-mogħoż. Fost dawn insibu Misraħ il-Kbir, Misraħ il-Mitħna, Misraħ il-Wardija u l-Imsieraħ, li llum ħafna minnu nbena u sar il-lokalità ta’ San Ġwann.

Karozza bla ħtieġa ta’ sewwieq

Charles B. Spiteri

alt

Il-kumpanija Google dan l-aħħar ħabbret li se tibni karozza li tinstaq weħidha – u l-pjani huma li fi żmien sena ssir rivoluzzjoni sħiha fil-vetturi fit-triq.

Sergey Brin, ko-fundatur kixef din il-karozza, li se tkun mgħammra biss b’buttuna ta’ ‘suq’ u ‘ieqaf’ u tkun kapaċi ttella’ ħeffa sa 25 mil fis-siegħa.

Flok ma ħadmet fuq karozza li diġa’ tinsab fis-suq, il-kumpanija ġganteska bniet il-mudell tagħha u qed taħdem fuq madwar 100 prototip biex saritilhom il-prova. Il-ħsieb wara dawn il-karozzi hu li jneħħu l-uġigħ ta’ ras minn fuq is-sewwieqa.

Id-disinn tal-karozza hu ta’ wiċċ ħabib, biex in-nies ma taqtax qalbha u taċċetta din it-teknoloġija ġdida.

Ingħad li dawn il-karozzi se jnaqqsu bosta problemi, fosthom li waqt il-ħin tal-kolazzjon, il-ħaddiema jistgħu jmorru jduru mingħajr il-ħsieb li jsibu fejn jipparkjaw. L-anzjani jistgħu jmorru fejn iridu bla ma jġorru ċwievet, u l-aqwa fosthom hu għal dawk is-sewwieqa li jkunu xorbu xi grokk żejjed u ma jixtiqux isuqu lura.

Dawn il-karozzi ma għandhomx, la steering, la pedala tal-gass u lanqas tal-brejk… għax m’għandhomx bżonnhom. Chris Urmsom, direttur tal-proġett qal li s-software u s-sensors se jagħmlu x-xogħol kollu huma. Li  hemm fil-karozzi huma biss il-buttuna  ta’ ‘suq’ u ‘ieqaf’  u screen  li juri r-rotta.

Urmon qal li l-karozzi se jirrivoluzzjonaw is-sewqan, b’mod li s-sigurta’ tingħata prijorita’.