STOLA U SALIB Espressjoni li tfisser li bniedem li wieħed ikun qiegħed jirreferi għalih hu bla sold fil-but. Ara Joseph Aquilina.
Ħajr lil Dun Ä wann Galea.
STOLA U SALIB Espressjoni li tfisser li bniedem li wieħed ikun qiegħed jirreferi għalih hu bla sold fil-but. Ara Joseph Aquilina.
Ħajr lil Dun Ä wann Galea.
Charles B. Spiteri

Miet il-Messikan li darba kien imniżżel bħala l-itqal bniedem tad-dinja. Kellu 48 sena.
Manuel Uribe, li fl-2006 kien ċertifikat mill-Guinness World Records bħala li jiżen 1,230 libbra kien naqas għal 867 libbra.
Il-mewt ta’ Uribe kienet konfermata minn uffiċjal fid-dipartiment tas-saħħa tal-istat ta’ Nuevo Leon, fejn tinsab il-belt ta’ Monterrey. Hu kien iddaħħal hemm snin qabel, peress li ma setax jimxi waħdu. Barra minn hekk kellu problemi bil-qalb. Biex twassal l-isptar kellu jintuża krejn mill-ħaddiema tal-emerġenza u tal-protezzjoni ċivili.

Fl-2008, Uribe żżewweġ lil Claudia u din l-okkażjoni kienet waħda mill-ftit li ġegħlitu joħroġ mid-dar fl-aħħar snin. Sa ma ġie biex jiżżewweġ u wara snin ta’ dieta, eżerċizzju u kura medika, Uribe tilef aktar minn 550 libbra. Kellu f’moħħu li fil-knisja jimxi sal-artal, iżda ma rnexxilux. Skont l-Associated Press, kellu jikri trakk biex jimtedd fuq sodda li nħadmet apposta, u meta wasal ħdejn l-għarusa tiegħu li dak iż-żmien kellha 38 sena, nfexx jibki, u lanqas daq il-kejk tat-tieġ tiegħu stess.
Aktar qabel, meta kien jiżen 280 libbra, Uribe kien miżżewweġ lil Solis, iżda meta beda jeħxien b’mod drammatiku, ir-relazzjoni tagħhom saret diffiċli, u talbet għad-divorzju.
Il-ħxuna enormi tiegħu bdiet tidher sew fl-1992. Imbagħad, fl-2007 stqarr mal-ABC News li għamel kull dieta li wieħed jista’ jimmaġina, iżda ma kiseb ebda riżultat.
Sa mis-sajf tal-2002 Uribe spiċċa fis-sodda, jiddependi minn ommu u l-ħbieb biex jitimgħuh u jnaddfuh.
Charles B. Spiteri

Raġel separat, dan l-aħħar ittella’ l-Qorti akkużat li seraq lil ‘Marmalade’, il-qattus adorabbli tal-eks mara tiegħu. Dan għamlu ġimgħat wara s-separazzjoni tagħhom.
Jonathan Brewster ta’ 45 sena telaq minn daru f’Maidstone Kent u spiċċa akkużat li seraq il-pet ta’ 13-il sena. Martu Tracy, ta’ 52 sena iddedikat dawn ix-xhur tfittex lill-qattus u sa spiċċat tilfet ix-xogħol li kellha, biex tagħmel hekk ma’ bosta ħbieb tagħha.
Issa, Jonathan, li hu inġinier mekkaniku qed jallega li kellu bosta theddid għal ħajtu fuq l-akkuża li seraq il-qattus u rmieh. Wara li deher bħala akkużat fil-Qorti tal-Maġistrati f’Maidstone, ingħata l-ħelsien fuq pleġġ sa ma jibda jinstema’ l-ġuri f’Jannar li ġej.
Intqal li hekk kif ‘Marmalade’ ma rritornax id-dar, Tracy u l-ħbieb tagħha ġabru s-somma ta’ £1,300 għal min isibu u waqqfu bosta gruppi ta’ voluntiera, li qagħdu jfittxuh fit-toroq. Iżda t-tiftix ma ta l-ebda riżultat.
Terry qed tallega li l-qattus hu meqjus bħala binha u qed tgħix ħajja ddisprata mingħajru.
TALJA Sat-Tieni Gwerra Dinjija t-talja kienet, tista’ tgħid, il-ktieb tal-kontijiet li l-bdiewa kienu jżommu biex jitħallsu mill-pitkal li jkun biegħ il-biegħa tiegħu. Fi żmien meta l-bdiewa ma kinux jafu A minn B u wisq inqas jiktbu, it-talja kienet isservi ta’ reÄ¡istru. It-talja kienet tkun magħmula minn virga tas-siÄ¡ar tal-qastan, bħal dawk li jintużaw ukoll biex isiru l-qfief l-antiki. Minnhom l-iskrivani tal-pitkalija kienu jfasslu injama twila daqs 40 Ä‹entimetru u wiesgħa daqs 2.5 Ä‹m. Fit-tarf kien ikun hemm ma’ fejn tintrabat, biex din tinÄ¡arr taħt il-karettun mill-bidwi.
Fuqha l-iskrivani kienu jniżżlu sinjali qishom ittri, bħalma kien isir fil-Mesopotamja, biex b’hekk ifakkru lill-bidwi xi ħlas kellu jieħu. Dan għaliex il-bidwi ma kienx jitħallas dak il-ħin li jġib il-prodotti tiegħu fil-pitkalija. Fl-istess ħin l-iskrivan kien iniżżel kollox fuq ir-reġistru tiegħu. Fuq it-talja kienu jitnaqqxu diversi sinjali skont kemm kien jiswa’ x-xiri li jkun irċieva mingħand il-bidwi. Pereżempju meta titnaqqax l-ittra X din kienet tfisser in-numru għaxra, bħal fin-numri Rumani, u kienet tirreferi għal għaxar skudi. Dan minkejja li l-flus dak iż-żmien kienu flus Ingliżi, u għaldaqstant il-ħlas ta’ għaxar skudi kien jitħallas b’xelin u tmien soldi għal kull skud. Rig imxaqleb kien ifisser ħames skudi, rig dritt kien ifisser skud u nofs u rig dritt mhux imħaffer bosta kien ifisser karlin. It-tnaqqix ta’ flus kbar kien isir fuq il-faċċata tat-talja. Il-prezzijiet iż-żgħar kienu jitnaqqxu fil-ġnub tat-talja. Meta fl-aħħar, wara bosta xhur, il-ħlas tal-flus isir, l-iskrivan jieħu t-talja mingħand il-bidwi u jaħraqha, biex ma terġax tintuża. Informazzjoni misjuba fil-ktieb Tifkiriet tal-Imgħoddi ta’ Charles B. Spiteri u addattata.
Charles B. Spiteri
Jidher li fi ftit żmien saret moda ġdida l-vidjos tat-trabi jduqu lumija għall-ewwel darba jew b’xi dehra stramba għall-aħħar.
Il-ġenn ġdid jinvolvi tfal ipinġu, oħrajn b’eyebrows mhux solti u mpinġijin fuq it-trabi biex jitteħdulhom ir-ritratti u numru ieħor ta’ tfal f’qagħdiet apposta u mhux tas-soltu biex jidhru fuq Facebook.
Kien hemm bosta li rriferew għal dan kollu bħala ‘krudeltà ’ mat-tfal, waqt li l-ġenituri qed jinsistu li b’hekk mhuma jonqsu xejn lil uliedhom.
Forsi l-aktar li dehret bi kbira kien, għax ftit żmien qabel, ir-raġel ta’ Kim Kardashian kien akkużat li biddel l-eybrows ta’ bintu North, li kellha sitt xhur biss. Madankollu hu mill-ewwel ħareġ bl-attakk li bħala missier
ma kien se jagħmel xejn li ’l quddiem ikerrah id-dehra tal-istess bintu. Żied jgħid li min juri nuqqas ta’ qbil ma’ dak li wettaq hu, hu bniedem marid.
XIXU Logħba tat-tfal li kienet tintlagħab fit-toroq bejn żewÄ¡t itfal jew aktar. Dawn jużaw biċċtejn injam – waħda twila bejn 30 u 40 Ä‹m u l-oħra laqxa ta’ bejn 5 u 10 Ä‹m. Din tal-aħħar titqiegħed mal-art, u bl-injama l-kbira t-tfal kienu jagħtu daqqa b’saħħitha mat-tarf tal-injama ż-żgħira, biex din jalzawha mill-art u hekk tittajjar fl-ajru kemm jista’ jkun ’il bogħod. Jirbaħ il-logħba min iwassal l-injama l-aktar ’il bogħod. Meta l-laqxa jtajruha ’l hinn, imbagħad, kienu jgħidu, ‘Kemm se tieħu sal-posta?’ jiÄ¡ifieri ‘Kemm hemm bogħod minn fejn waqgħet il-laqxa sa fejn hemm il-post aħħari fejn trid titwassal?’ U l-ieħor jgħid, ‘Ħa nieħu ħamsin’ (it-tul tal-injama mmultiplikat ħamsin darba). Allura jekk ikollu dubju jrid ikejjel ħamsin tul tal-injama t-twila mill-post fejn taret il-laqxa. Jekk il-ħamsin joqogħdu, jiżdiedu mal-punti, u jekk le jitlef kollox. Ir-regoli u l-intriċċi kienu jinbidlu skont it-tfal ta’ dak il-post.
Sorsi: Mario Galea, Facebook, Kelmet il-Malti.
Charles B. Spiteri
Min jaqta’ s-siġar u min jitlobna nibżgħu għalihom. Kull tant tiġi bejn ħaltejn lil min minnhom tagħti kas. Iżda l-ħidma li saret fuq dan iz-zokk enormi ta’ siġra, jista’ jitqies bħala arti tal-għaġeb u għalhekk, l-issagrifikar taz-zokk, serva għal xi ħaġa.

Naqqqax tal-injam Ċiniż, magħruf mad-dinja kollha – Zheng Chunhui — qata’ z-zokk u qatta’ erba’ snin kontinwi ta’ xogħol biex fuqu wettaq talent li lanqas jista’ jiġi deskritt. Tant li l-arti li għamel qed titqies bħala kapulavur. It-tinqix li għamel hu bbażat fuq il-pittura famuża Ċiniża Along the river During the Qingming Festival, li l-ħsieb għaliha jmur lura aktar minn 1,000 sena. Din l-iskultura fiz-zokk tas-siġra rebħet ir-Rekord Dinji tal-Guinness għall-itwal skultura li qatt saret fl-injam.
Hi twila 12.286 metru; l-ogħla parti tagħha fiha 3.075 metri u fiha wisa’ ta’ 2.401 metri. L-iskultura fina li fiha u li turi kif kienet il-ħajja fiċ-Ċina tal-qedem, hi tant dettaljata u perfetta, li bla ma trid, iġġiegħlek tiskanta. U l-aktar, meta wieħed iqis, li biex tlesta dan ix-xogħol, ħa 8,760 siegħa.
Joseph H. Abela, Qassis
Il-KELMA issa fiha ġmiel kbir. Bniedem jaqdi, jisimgħek, jilmħek, iħares lejk, isellimlek u jitlaq u tħossok li qiegħed f’qalbu jew qalbha. Illum mhux hekk!
Bis-saħħa jew bis-saħta taċ-ċellulari jintbagħtulek risposti. Imħabbat wisq biex inkellmek jew int bla siwi għalija. Din l-impressjoni li tieħu, iżda aktarx tkun minnha.
L-għodda tal-ftehim saret ix-xkiel lill-bniedem, u ssieħeb lil ħadd, żommu ’l bogħod. Taparsi jagħti kas iżda fil-fatt int żejjed.
Dan ifisser li tħossok waħdek jew mingħalik jiftakru fik.
Imberkin il-każini, imberkin l-imkejjen tal-isport.
SIĊĊA L-għadma tas-siċċa kienet tintuża mill-artiġjani li jipproduċu diversi tipi ta’ xogħol ornamentali li jintlibes bħala żina, pereżempju l-gamew, il-kullani, iċ-ċrieket u bosta affarijiet oħra magħmulin mid-deheb u materjal prezzjuż. Is-siċċa kienet tintuża biex l-ewwel jitnaqqax fiha d-disinn li wieħed jixtieq imbagħad f’din il-forma negattiva jintefa’ l-materjal, bħal deheb imdewweb, biex jieħu dik il-forma tad-disinn fil-varjazzjoni pożittiva tiegħu.
Charles B. Spiteri

Għaċ-Ċiniżi, il-bini hu xi ħaġa tal-meravilja. Dan l-aħħar għadhom kif inawguraw l-akbar bini tad-dinja, li kapaċi jesa’ 20 Opera Houses daqs ta’ Sydney jew tliet Pentagons.
In-New Century Global Center f’Chengdu, proviniċja ta’ Sichuan fih kobor ta’ 19-il miljun pied kwadru u fih ċentri sħaħ ta’ ħwienet, villaġġ Mediterranju, water park, ice-skating rink u numru ta’ lukandi.
Naturalment, il-viżitaturi f’dan il-bini msaqqaf bil-ħġieġ, m’għandhomx għax jinkwetaw minħabba t-temp, għax dan il-kumpless ġgantesk għandu x-xemx artifiċjali tiegħu.

Bħala qisien, il-binja hi twila 500 metru b’400 metru wisa’ u mitt metru għoli. Skont l-uffiċjali Ċiniżi, in-New Century Global Centre hu l-ikbar bini fid-dinja u ħadilhom tliet snin biex lestewh.
Liu Xun, gwida Ċiniż qal li din il-‘belt’ mibnija mill-umani, għandha fiha xemx artifiċjali li tipprovdi dawl u sħana għal 24 siegħa kuljum, għal dawk li jkunu jridu jagħmlu x-xirja tagħhom jew l-oħrajn li jridu jżuru l-400,000 metru kwadru ta’ ħwienet u mħażen.